Left arrow Mur Lura

ESTENSJONI TAL-ISKEMA TAL-BOZOZ ENERGY SAVING B’XEJN

pr1859
Date Icon 28/10/2009
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruralijavża li l-Iskema biex tinkoraġġixxi l-użu domestiku ta’ Compact Fluorescent Lamps (bozoz energy saving - CFLs) se tkun estiża sat-30 ta’ Novembru 2009. L-iskema kellha tagħlaq nhar is-Sibt 31 ta’ Ottubru 2009.
L-estensjoni għandha tagħmel tajjeb għal dakil-perjodu li fih l-Iskema kienet sospiża minħabba numru ta’ azzjonijiet legali li kienu għaddejjin fil-Qrati ta’ Malta, liema azzjonijiet kienu twaqqfu wara ftehim milħuq bejn l-importaturi kkonċernati wara medjazzjoni mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA).

Il-Ministeru jirringrazzja lil dawk kollha li sa’ issa pparteċipaw f’din l-iskema u jħeġġeġ lil dawk li għadhom ma sarrfux il-voucher biex jagħmlu dan fil-jiem li ġejjin. Intant fl-aħħar jiem intbagħtu l-vouchers lil min għal xi raġuni ma kienx irċevihom jew lil min irċieva allokazzjoni ta’ lampi inqas minn dak li kien eliġibbli għalihom.  F’każ ta’ diffikultà wieħed għandu jċempel fuq il-freephone 8007 2212 jew jibgħat e-mail fuq energyswitch@gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow