Għajnuna Ewropea għall-promozzjoni ta’ Lingwi anqas użati
pr1858
28/10/2009
| Il-Parlament Ewropew laqa’ emenda mressqa | mill-EwroParlamentari Malti Simon Busuttil, biex fil-Budget tas-sena d-dieħla jkun hemm vot li jipprovdi għajnuna għall-promozzjoni ta’ lingwi anqas użati. |
| L-emenda kienet approvata mill-Kumitat | tal-Budget tal-Parlament Ewropew aktar kmieni dan ix-xahar, u waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew nhar il-Ħamis li għadda reġgħet kienet konfermata. Deċiżjoni finali issa tittieħed f’Diċembru. |
| Għalkemm il-Malti hu waħda mil-lingwi uffiċjali | tal-Unjoni Ewropea, hi waħda mil-lingwi anqas mitkellma. Il-proposta ta’ Busuttil hi maħsuba biex ikun hemm għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea biex dawn il-lingwi ikunu magħrufa aktar. Għalhekk dan il-vot se jservi biex jitfasslu proġetti pilota minn stati membri żgħar, biex jippromwovu l-prattika tal-lingwi uffiċjali Ewropej. |
| L-inizjattiva ttieħdet minn Simon Busuttil | b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Dolores | Cristina laqgħet bil-ferħ din l-inizjattiva u saħqet li “rridu nisfruttaw it-toroq kollha disponibbli għalina u nieħdu kull opportunita’ li tippreżenta ruħha fuq livell Ewropew biex insaħħu l-lingwa Maltija. L-inizjattiva ta’ Simon Busuttil fil-Parlament Ewropew hi f’din id-direzzjoni”. |
| Min-naħa tiegħu l-EwroParlamentari Simon | Busuttil qal li din il-proposta tiffittja perfettament fil-filosofija tal-Unjoni Ewropea dwar id-diversita’ tal-lingwi u l-multilingwiżmu. Il-lingwi anqas mitkellma għandhom sfidi akbar x’jegħlbu anke f’termini ta’ riżorsi. Għalhekk din l-għajnuna għandha tgħin biex jingħelbu dawn id-diffikultajiet. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en