Left arrow Mur Lura

SERVIZZ TA’ WI-FI B’XEJN FL-ISPTAR MATER DEI (LOBBY & OUTPATIENTS)

pr1857
Date Icon 28/10/2009
L-Onor Austin Gatt,Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, flimkien mal-Onor Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Saħħa jniedu dan is-servizz.
Dan huwa pass ieħor il’quddiembiex inkattru l-użu tat-teknoloġija fil-ħajja ta’ kuljum ta’ bosta nies. Sfortunatament, visti l-isptar huma xi ħaġa ta’ kuljum għal ħafna, pero’ bis-servizz ta’ WiFi Internet b’xejn li qegħdin inżidu illum hawnhekk l-isptar, l-inkonvenjent ta’ dawn in-nies ser tonqos xi ftit. Permezz ta’ dan is-servizz, viżitaturi l-isptar jistgħu jżommu kuntatt mal-post tax-xogħol permezz ta’ email, studenti jistgħu iseġwu l-istudju taghhom, filwaqt li oħrajn jistgħu jużaw l-internet bħala sors ta’ tagħrif jew intratteniment.
Fl-outpatients bissjidħlu madwar 1000 persuna kuljum u huma ħafna dawk il-familjari li jakkumpanjaw il-pazjenti qraba tagħhom.
L-Internet iġib bostaopportunitajiet sabiex titjieb il-kwalita` tal-ħajja, f’dan il-każ, kemm pażjenti fl-isptar, il-qraba u ħbieb tagħhom fost oħrajn.  Dan hu eżempju ċar ta’ kif stennija l-isptar, meqjusa minn ħafna bħala ħela ta’ ħin, tista` isservi xorta waħda bħala ħin produttiv.
Jidher illi s-servizz eżistentili qed jiġi offrut ħdejn s-soddod fil-wards qed ikun suċċess kbir u qed juri kif it-teknoloġija tista’ verament tkun opportunita` biex tegħleb il-limitazzjonijiet li jġibu magħhom mard u id-diżabilita`. Minkejja il-pożizzjoni li wieħed jinsab fiha, permezz ta’ l-Internet, wieħed jista’ jżomm kuntatt u jibqa’ aġġornat ma’ dak li qed iseħħ fil- kumplament tad-dinja.
L-internet mhux bissgħat-tfal

·    L-istatistikaturi li 59% tad-djar Maltin għandhom l-Internet. Dan jawgura tajjeb għall-Malta hekk kif l-aċċess mid-djar jidher li jikkompara tajjeb ma’ dik tal-pajjiżi Ewropej.
·    Iżdal-istatistika tal-Eurostat tal-2008 tikxef illi għalkemm f’Malta l-penetrazzjoni tal-broadband hija fost l-aqwa fl-Ewropa, l-użu huwa relativament baxx.  Kienu biss 50% tal-Maltin (64% EU27) li fl-2008 stqarrew li kienu għamlu użu mill-internet fil-perjodu preċedenti ta’ tnax il-xahar.
·    Ir-raġunitidher li hija marbuta ma’ kultura li nixtru kollox għall-edukazzjoni tat-tfal tagħna - l-aqwa kompjuter u servizz tal-Internet. Iżda aħna l-adulti, imbgħad, noqgħodu lura milli ngħamlu użu minnhom.  Jidher li waqt li 90% ta’ żgħażagħ bejn 16 u 24 sena jgħamlu użu mill-Internet, huma biss 43% l-adulti bejn 45 u 54 sena, u 11% l-anzjani bejn 65 u 74 sena li jgħamlu użu (ara tabella 1).
Tabella 1: Persentaġġi ta’individwi li għamlu użu mill-Internet fl-aħħar 12-il xahar skond l-eta` (Eurostat, 2008).

Eta`

%

16-24

90

25-34

68

35-44

55

45-54

43

55-64

21

65-74

11

Total

50

·        Jidher illi fil-preżent qed tinħoloq diviżjoni bejn l-abilita` taż-żgħażagħ u dik tal-adulti. Din id-diviżjoni qed toħloq riperkussjonijiet fl-impjeġabilita` tal-adulti filwaqt li qed iċċaħħadhom mill-benefiċċji li toffri t-teknoloġija, partikolarment l-aċċess għall-servizzi ġodda inklużi l-eGovernment, internet shopping, social networks fost oħrajn.

Pjanijiet għall-futur

Dan il-proġett huwa r-riżultatta’ kollaborazzjoni bejn l-MCA, MDH u ż-żewġ Ministeri. Dan il-proġett huwa biss il-bidu ta’ numru ta’ inizzjattivi oħra li bihom ser inwasslu l-aċċess għat-teknologija aktar viċin lil dawk li jgħamlu użu mis-servizzi tas-saħħa fost oħrajn .
Beda x-xogħol biex jingħataaċċess għal kompjuters bl-Internet għall-anzjani f’16 il-Day Care Centre. Barra l-aċċess, dawn ser isservu ukoll bħala strument ta’ tagħlim. L-anzjani bi problemi ta’ mobilita` jistgħu jsibu wens fit-teknoloġija billi jużaw social networking, għax dan jippermettilhom li jagħmlu ħbieb online, jew jitkellmu ma’ xi qraba forsi anki barra minn Malta.
Għalkemm il-Gvern qed jinvestibis-sħiħ sabiex iqarreb it-teknoloġija lejn l-individwu, hu biss l-individwu li fl-aħħar mill-aħħar irid jagħmel sforz u jiddeċiedi li jibda jagħmel użu. Jeżistu bosta opportunitajiet ta’ għajnuna għal dawk li ma jafux jew jibżgħu jagħmlu użu, bħal katina ta’ ċentri tas-CTLCs madwar Malta. Għaldaqstant kulħadd huwa imħeġġeġ biex jagħmel l-ewwel pass u jsib l-għajnuna sabiex hu ukoll ikun jista’ jibbenefika mill-opportunitajiet li l-ICT tista’ toffri.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow