Kampanja ‘tilqim kontra l-influenza staġjonali 2009’
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tħabbar li anki din is-sena, d-Dipartiment tas-Saħħa Primarja qed joffri din it-tilqima kontra l-Influenza staġjonali mingħajr ħlas lil:
· kull min għandu iżjed minn 55 sena
· kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, tad-dijabete u mard relatat ma’ l-immunodefiċjenza bħal HIV jew l-AIDS
· residenti kollha fl-Istituzzjonijiet.
Fil-kaz ta’ persuni li għandhom eta’ inqas minn 55 sena, għandu jiġi ppreżentat jew il-kartuna s-safra, jew ċertifikat mediku reċenti, bhala evidenza ta’ mard kroniku.
L-istaġun tal-influenza din is-sena se jkun iktar qawwi, u esperti qed jaħsbu li kemm il-virus ta’ l-H1N1 kif ukoll l-influenza staġjonali se jikkawżaw mard, dħul fl-isptarijiet u mwiet. Għalhekk id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tipprepara għall-fażi bikrija kmieni ta’ influenza, li possibilment tkun iktar ħarxa.
Id-Divizjoni qed tirrakkomanda l-vaċċin tal-influenza staġjonali bħala proċedura importanti biex tipproteġi kontra l-influenza staġjonali. Il-vaċċin huwa iktar importanti għal persuni b’riskju ikbar għal komplikazzjonijiet tal-influwenza.
Huma wkoll rakkomandati li dawn il-prekawzjonijiet:
- Meta tagħtas u tisgħol għandek tgħatti ħalqek u mnieħrek b’tissue. Wara armi t-tissue.
- Aħsel idejk spiss bl-ilma u s-sapun, speċjalment wara li tagħtas u tisgħol.
- Aħsel idejk qabel tmiss għajnejk, ħalqek jew imnieħrek.
- Evita kemm jista’ jkun kuntatt ma’ nies li huma morda bl-influwenza.
- Jekk inti għandek sintomi tal-influwenza, oqgħod id-dar u kemm jista’ jkun evita kuntatt man-nies.
It-tilqim qed isir miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha bejn l-10.30 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ wara nofs inhar, mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn l-10.00 ta’ filgħodu u nofs inhar is-Sibtijiet. Għall-ewwel ħmistax il-ġurnata ċ-Ċentri tas-Saħħa se jkunu miftuħin għat-tilqim bejn l-4 u s-7 ta’ fil-għaxija nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.
Dawk in-nies li ma jistgħux joħorgu mid-dar minħabba mard jew diżabilità u jixtiequ jitlaqqmu kontra l-influwenza huma mitluba li jirreġistraw lilhom infushom billi jċemplu 21387526 bejn 12.00 u 3.00 ta’ wara nofsinhar. Dawk il-persuni li qegħdin jirċievu servizz mingħand l-MMDNA m’għandhomx għalfejn iċemplu l-uffiċċju sabiex jirreġistraw.
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en