Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI TAS-SAĦĦA, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAT-TIENI ĠIMGĦA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL 2009 – HAMRUN - 27 TA’ OTTUBRU 2009

pr1853
Date Icon 27/10/2009

Merħba lilkom.

Id-Diviżjoni tas-Saħħa, permezz tad-Dipartimentgħall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Mard, id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali, flimkien mal-Kummissjoni Dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel, qiegħed jorganizza Ġimgħa Favur is-Sigurtà ta’ l-Ikel ġewwa Malta u Għawdex għat-tieni sena konsekuttiva.
Malta qiegħda tieħu sehem attiv fi programmita’ l-Unjoni Ewropea. Flimkien mal-pajjiżi msieħba l-oħra, qed taħdem maċ-Ċentru tal-Prevenzjoni u Kontrol tal-Mard (European Centre for Disease Prevention and Control – ECDC) fil-kontinent Ewropew. Dan isir billi Malta taqsam l-informazzjoni fuq mard infettiv ma’ dan iċ-Ċentru, kif ukoll tieħu sehem f’laqgħat u taħriġ li jiġu organizzati minn żmien għal żmien.
Pajjiżna permezz tad-Dipartimentgħall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Mard jissorvelja l-mard infettiv f’Malta u Għawdex. Fost ħafna xogħol ieħor hawnhekk isiru l-investigazzjonijiet ta’ mard infettiv ta’ l-imsaren u avvelenament ta’ l-ikel. Dan id-Dipartiment flimkien mad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali, jikkooperaw flimkien f’dawn l-investigazzjonijiet.
Dawn id-Dipartimenti ħadu l-inizjattivasabiex isiru kampanji regolari fejn jippromwovu s-sigurtà fl-ikel fost il-poplu Malti u Għawdxi. B’hekk għandu jiżdied it-tagħlim fuq l-iġjene u s-sigurtà fl-ikel. Dan għandu l-għan li jnaqqas il-mard ikkawżat minn kontaminazzjoni tal-ikel.
Ta’ minn isemmi li mard ta’ l-imsaren bħalSalmonella, li ġew innotifikati s-sena l-oħra żdied b’rata qawwija fuq is-snin ta’ qabel u għalhekk il-kampanja ta’ din is-sena ser tenfasizza metodi ta’ kif titnaqqas din l-infezzjoni. Dan ser isir billi jinxtered tagħlim fuq kif tevita din l-infezzjoni bħal sajran tajjeb ta’ laħam tat-tiġieġ, tjur u majjal u sabiex jiġi evitat b’kull mezz possibli kull ikel li jista’ jkun fih bajd nej jew mhux misjur tajjeb!
Agenziji internazzjonali bħall-Għaqda Dinjijata’ l-Agrikoltura u l-Ikel (FAO), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u oħrajn illum jikkoperaw flimkien sabiex titjieb is-sigurtà fl-ikel f’kull stadju tal-produzzjoni tal-ikel. Din il-ħidma hija essenzjali biex jitħarsu d-drittijiet tal-konsumatur fejn jidħol id-dritt tal-għażla tal-ikel u d-dritt ta’ ikel san u sigur.
Illum il-ġurnata l-ikel impurtat, ipproduċutu mqassam fis-suq Malti huwa meħtieg li jilħaq livelli ta’ iġjene u sigurtà ta’ l-ogħla livell possibbli. Il-Kummissjoni Maltija dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandha d-dmir li tassigura li l-ikel jikkonforma mal-liġijiet Maltin u dawk internazzjonali.
Hija x-xewqa tagħna li t-tagħrif fuq l-iġjeneu s-sigurtà fl-ikel ikompli jinxtered bil-għan li jonqos il-mard ikkawżat minn ikel ikkontaminat. Nittamaw li dawn il-kampanji jħallu l-ġid meħtieg, filwaqt li nħeġġeg lil poplu Malti biex jieħu sehem, jakkwista materjal offrut u jinteressa ruħu sabiex titjieb is-saħħa tal-poplu Malti.

Nirringrazzjakom ta’ l-attenzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow