IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI, JAGĦTI DETTALJI DWAR L-ARTIJIET MGĦODDIJA MILL-GVERN LIL GĦAQDIET SPORTIVI
pr1852
27/10/2009
| “Illum għandna 108 għaqda sportiva li qed | jamministraw u jgawdu minn użu ta’ diversi artijiet u proprjetajiet pubbliċi li l-valur totali tagħhom jammonta għal €44 miljun. Dan juri l-impenn sħiħ tal-gvern li jżid il-faċilitajiet sportivi fil-pajjiż filwaqt li jassisti b’mod qawwi lill-għaqdiet biex jagħmlu dan.” |
| Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ta dettalji dwar kuntratti ġodda ffirmati bejn il-Gvern u sittax-il għaqda sportiva biex jamministraw b’ċens jew b’kirja, art pubblika. |
| Il-kuntratti li se jiġu ppreżentati llejla | fil-Parlament għall-approvazzjoni, se jkunu dawk li saru mal-Malta Amateur Athletics Association , Gozo Football Association, B’Kara St. Joseph Sports Club, Burmarrad FC, Fgura Utd. FC, Għargħur Utd FC, Gudja United FC, Ħamrun Spartans FC, Kalkara FC, Qormi Clay Shooting Club, Qormi St. George Boċċi Club, Royal Malta Yacht Club, San Ġwann FC, St. Patrick’s FC, Xagħra Utd FC (Għawdex) u Tarxien Rainbows FC. |
| L-Onor. Clyde Puli semma kif il-kirja b’rata | kummerċjali għandha l-valur ta’ madwar €2,000,000 fis-sena fil-waqt li bis-sussidju li qed jagħti l-gvern, l-għaqdiet sportivi ser ikunu qed iħallsu bejniethom is-somma ta’ €211,450 fis-sena. Dan ifisser sussidju u sostenn qawwi annwali, li normalment ma kienx jigi kalkulat fil-formola ta’ assistenza lill-ghaqdiet sportivi Maltin. |
| Is-Segretarju Parlamentari fisser kif dan | jindika l-impenn tal-gvern biex jgħin lill-isport Malti u biex jagħmilha aktar faċli biex aktar nies ikunu attirati lejn xi tip ta’ sport u attività fiżika. Min-naħa tal-Gvern, hu qal li qed tkompli l-ħidma biex tkun identifikata art oħra li tkun tista’ tospita aktar għaqdiet sportivi. |
| Clyde Puli qal li dan kollu ma jinkludix | il-faċilitajiet sportivi li nsibu fl-iskejjel u li minnhom qed jagħmlu użu klabbs jew għaqdiet sportivi ohra. Semma kif sal-lum hemm tlettax-il skola li qed jilqgħu mal-15-il għaqda sportiva biex jipprattikaw l-isport tagħhom. Hu qal li disgħa minn dawn l-għaqdiet għażlu wkoll li jkomplu jinvestu fil-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel. Dan qed isir kemm għall-benefiċċju tal-isportivi, iżda aktar u aktar għat-tfal tal-iskejjel. |
| L-Onor. Clyde Puli irringrazzja wkoll | lis-Segretarju Parlamentari l-Onor. Jason Azzopardi għal ħidma tiegħu biex dan il-proċess seta’ ġie ffinalizzat. Prezenti kien hemm ukoll ic-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Bernard Vassallo, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport, Joe Cassar, kif ukoll rappreżentanti tal-klabbs li gawdew minn dawn it-trasferimenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en