LAQGĦA UFFIĊJALI MAL-EŻEKUTTIV IL-ĠDID TAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI
pr1851
27/10/2009
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said, iltaqa’ uffiċjalment mal-eżekuttiv il-ġdid tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL). Għall-ewwel darba l-AKL hija komposta minn 9 membri fl-eżekuttiv għal terminu ta’ 4 snin minflok sentejn. |
| Is-Segretarju Parlamentari semma’ numru ta’ | sfidi li għandu quddiemu l-eżekuttiv fil-ġimgħat li ġejjin, fosthom id-diskussjoni dwar it-tibdil fis-sistema tal-Infurzar Legali li għandha tiġi attwata sal-aħħar ta’ din is-sena, u li jiġi kkonkretizzat id-dokument tat-tiġdid bl-emendi li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru. Chris Said stqarr li “permezz ta’ dawn l-emendi nkunu bdejna nattwaw 80% tal-122 proposta tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali.” |
| Dr | Said stqarr ukoll li b’rabta mat-twaqqif tar-reġjuni skont l-amendi fil-liġi tal-Kunsilli Lokali, għall-ewwel darba l-AKL għandu 5 rappreżentanti tal-5 reġjuni. L-AKL irid jaħdem flimkien mas-Segretarjat Parlamentari dwar il-qafas legali tal-kumitati reġjonali biex ir-reġjuni jkunu jistgħu jibdew jaħdmu fl-iqsar żmien possibbli. |
| Matul is-sena li ġejja, il-Gvern | bil-kollaborazzjoni tal-AKL, se jiffoka l-isforzi kollha biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu fuq it-toroq u l-indafa fil-lokalitajiet, jingħata taħriġ adegwat lill-kunsilliera u tkompli tingħata l-għajnuna kollha biex il-Kunsilli Lokali jaħtfu kull opportunità permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. |
| Michael Cohen, il-President tal-AKL, filwaqt li | rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari, awgura li l-ħidma tal-eżekuttiv il-ġdid tkompli fuq il-ħidma ta’ qabel. Is-Sur Cohen stqarr li l-Kunsilli Lokali qegħdin fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern u esprima x-xewqa tiegħu li l-ħidma pożittiva tal-Kunsilli Lokali tkompli tagħti l-frott. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en