Left arrow Go Back

LAQGĦA UFFIĊJALI MAL-EŻEKUTTIV IL-ĠDID TAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI

pr1851
Date Icon 27/10/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said, iltaqa’ uffiċjalment mal-eżekuttiv il-ġdid tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL). Għall-ewwel darba l-AKL hija komposta minn 9 membri fl-eżekuttiv għal terminu ta’ 4 snin minflok sentejn.
Is-Segretarju Parlamentari semma’ numru ta’sfidi li għandu quddiemu l-eżekuttiv fil-ġimgħat li ġejjin, fosthom id-diskussjoni dwar it-tibdil fis-sistema tal-Infurzar Legali li għandha tiġi attwata sal-aħħar ta’ din is-sena, u li jiġi kkonkretizzat id-dokument tat-tiġdid bl-emendi li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru. Chris Said stqarr li “permezz ta’ dawn l-emendi nkunu bdejna nattwaw 80% tal-122 proposta tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali.”
DrSaid stqarr ukoll li b’rabta mat-twaqqif tar-reġjuni skont l-amendi fil-liġi tal-Kunsilli Lokali, għall-ewwel darba l-AKL għandu 5 rappreżentanti tal-5 reġjuni. L-AKL irid jaħdem flimkien mas-Segretarjat Parlamentari dwar il-qafas legali tal-kumitati reġjonali biex ir-reġjuni jkunu jistgħu jibdew jaħdmu fl-iqsar żmien possibbli.
Matul is-sena li ġejja, il-Gvernbil-kollaborazzjoni tal-AKL, se jiffoka l-isforzi kollha biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu fuq it-toroq u l-indafa fil-lokalitajiet, jingħata taħriġ adegwat lill-kunsilliera u tkompli tingħata l-għajnuna kollha biex il-Kunsilli Lokali jaħtfu kull opportunità permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea.
Michael Cohen, il-President tal-AKL, filwaqt lirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari, awgura li l-ħidma tal-eżekuttiv il-ġdid tkompli fuq il-ħidma ta’ qabel. Is-Sur Cohen stqarr li l-Kunsilli Lokali qegħdin fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern u esprima x-xewqa tiegħu li l-ħidma pożittiva tal-Kunsilli Lokali tkompli tagħti l-frott.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow