Left arrow Mur Lura

INAWGURAZZJONI TA’ LEARNING SUPPORT ZONE FIL-KULLEĠĠ SANTA TEREŻA, SEKONDARJA SUBIEN, BIRKIRKARA

pr1846
Date Icon 27/10/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina dal-għodu inawgurat Learning Support Zone fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Santa Tereża f’Birkirkara.
Dan is-servizz ta’ appoġġ huwa prova u evidenzaoħra li turi kif qed titwettaq ir-riforma ambizzjuża fl-edukazzjoni f’pajjiżna frott il-kollaborazzjoni ċara bejn l-iskejjel u l-għalliema, li qed twassal għal riżultati tajbin.
L-għalliem u l-Learning Support Assistantassenjati fiż-żona tal-Kulleġġ Santa Tereża ikkollaboraw ma’ kollegi f’Kulleġġi oħra li diġà għaddew minn din l-esperjenza.
L-għalliem imbagħad ħejja abbozz ta’ Politikatal-Kulleġġ dwar l-Imġiba Tajba li kienet diskussa f’numru ta’ laqgħat tal-Kunsill tal-Kapijiet tal-Kulleġġ Santa Tereża u sar tibdil meħtieġ. Dan l-abbozz tal-Politika tal-Kulleġġ dwar l-Imġiba Tajba kien mgħoddi lill-għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji għall-konsultazzjoni u wara li kien analizzat il-‘feedback’ tal-għalliema, l-abbozz kien approvat u daħal fis-seħħ fejn għall-ewwel sitt xhur kulħadd jista’ jerġa’ jgħaddi l-kummenti tiegħu dwaru.
Meta kollox kien lest, sar refurbishmentfil-Learning Support Zone b’investiment finanzjarju li daħlu għalih l-iSkola Sekondarja Subien Santa Venera, l-iSkola Sekondarja Subien Birkirkara, u l-Uffiċċju tal-Prinċipal, Kulleġġ Santa Tereża.
Saret riċerka bażika fost numru ta’ għalliema,studenti u ġenituri u tfasslet il-proċedura li biha jkunu identifikati studenti b’diffikultajiet emottivi u ta’ mġiba li għandhom bżonn appoġġ.
Il-Ministru Cristina spjegat li għal kullstudent li jattendi għal dan is-servizz, isir Programm Edukattiv Individwali maqbul bejn l-iskola, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom. Kull student jiffirma kuntratt li jinkludi l-Programm Edukattiv Individwali.
Il-Learning Support Zone għandha żewġfunzjonijiet ewlenin. L-ewwel li toffri servizz ta’ appoġġ fuq bażi individwali b’taħlita ta’ metodi formali u informali ta’ tagħlim u t-tieni li tgħin biex l-istudent ikun inkluż fis-sistema mainstream.
Il-Learning Support Zone tal-KulleġġSanta Tereża tinkludi wkoll is-Psycho-Social Therapy Room, li kull skola (primarja u sekondarja) tal-Kulleġġ għandha għas-servizz ta’ appoġġ tat-tfal u tal-istudenti kollha.
Il-Ministru Cristina qalet li din iż-żonagħandha toffri l-għajnuna meħtieġa lil dawk li jgħaddu minnha u tgħinhom jegħlbu xi diffikultajiet li jista’ jkollhom biex huma wkoll ikunu jistgħu ikomplu bl-istudji tagħhom b’suċċess u jiksbu l-ħiliet meħtieġa.  Fil-fatt waħda minn dawn iż-żoni f’kulleġġ ieħor u li tat servizz lil numru ta’ studenti li issa rritornaw fil-klassijiet “mainstream”, għalqet temporanjament għax l-istudenti kollha għaddew minn din l-esperjenza b’suċċess.
Frank Fabri, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Tereżaspjega li x-xogħol kollu li sar f’din iż-żona sar wara konsultazzjoni u fuq suġġeriment tal-għalliema konċernati u ma kien hemm xejn impost minn fuq.  Hu enfasizza li din iż-żona li se tilqa’ fiha tfal mill-iskejjel kollha tal-Kulleġġ Santa Tereża, saret possibbli għax l-iskejjel kollha kkontribwew mill-flus tagħhom biex kien irranġat il-bini u nxtrat l-għamara meħtieġa.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow