Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

pr1841
Date Icon 26/10/2009
Il-Kumitat Parlamentari dwarl-Affarijiet Soċjali japprova it-tielet dokument tal-11-il Leġislatura – Aġġornament tal-Aħħar Tagħlim Etiku u Morali fuq il-Prokreazzjoni Assistita – Evalwazzjoni tar-Rapport tal-10 Leġislatura.
Wara r-rapport komprensiv ippublikatmill-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali tal-10 Leġislatura f’Ġunju tal-2005 intitolat ‘L-Użu tal-Bijoteknoloġija: Teknoloġija Ġenetika u Prokreazzjoni Assistita’, il-Kumitat tal-11-il Leġislatura qabel li jaġġorna l-għarfien tiegħu dwar l-aħħar tagħlim etiku u morali fuq il-prokreazzjoni assistita. Il-Membri ddeċidew li jagħtu attenzjoni lid-dokument ‘Dignitas Personae’, pubblikat f’Diċembru tal-2008 mill-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi tal-Vatikan.

Għaldaqstant, ġie mistieden ir-Rev. Prof. Emanuel Agius, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija, għalliem tal-Etika Filosofika u t-Teoloġija Morali.  Huwa wkoll membru fil-Kumitat Nazzjonali tal-Bijoetika u fil-European Group of Ethics in Science and New Technologies li jaqa’ direttament taħt il-President Barroso.   

Rev. Agius identifika tliet proposti li d-dokument tal-10 Leġislatura jħallihom miftuħin għad-diskussjoni u għal aktar stħarriġ, kemm tal-esperti u anke tal-opinjoni pubblika. Dawn jinkludu: 

  1. Liema koppji ser ikunu eliġibbli għas-servizzi tal-prokreazzjoni assistita;
  2. L-iffriżar tal-embrijuni; u
  3. Id-donazzjoni ta’ gameti minn terzi persuni.

Dan ir-rapport tal-11-il Leġislatura għaldaqstant ġie maħsub biex jgħin il-politiku jagħraf aħjar ir-responsabiltà tad-deċizjonijiet tiegħu marbuta mal-prinċipji ta’ moralità kif imressqa lill-Kumitat mir-Rev Prof Agius.  Il-mistoqsijiet li jrid ikompli jistaqsi l-politiku f’din id-diskussjoni jitfgħu responsabiltà fuqu sabiex jieħu deċiżjoni li tkun ibbażata fuq il-ġid komuni, il-valur tal-bniedem, tal-familja u ż-żwieġ.   

Dan ir-rapport hu aċċessibbli minn fuq il-websajt tal-Parlament www.parliament.gov.mt fis-sezzjoni Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali.   

Din il-laqgħa tal-Kumitat tmexxiet mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, l-Onor Edwin Vassallo u pparteċipaw fid-diskussjoni l-Onor Francis Agius, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi, l-Onor Stephen Spiteri u l-Onor Anthony Zammit. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow