Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI TAL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, FL-OKKAŻJONI TAL-PREMJU ANZJAN TAS-SENA 2009 – VALLETTA - 23 TA’ OTTUBRU 2009

pr1837
Date Icon 23/10/2009

Eċċellenza President Dr George Abela,

Onorevoli Prim Ministru,

Onorevoli Mr Speaker,

Onorevoli Ministru John Dalli,

Onorevoli Membri Parlamentari,

Sinjuri,

Huwa verament ta’ unur għalija li għat-tienisena qiegħed hawn f’din il-lejla speċjali sabiex minn hawn u ftit ieħor nagħtu l-unur lill-anzjan jew anzjana tas-sena. Irrid nibda biex nirringrazzja lill-Bord tal-Għażla magħmul mis-Sur Trevor Zahra Chairman u l-Membri Bro Martin Borg, is-Sinjura Matilde Balzan, is-Sinjura Mary Rose Bonello, Dame Lilian Miceli Farrugia, is-Sur Josef Camilleri u s-Sur Joseph Farrugia. (Volontarju. Rebbieħ. Karl Chircop ftit ġranet ilu t-tieni anniversarju).
Irrid nirringrazzja l-Eċċellenza Tiegħul-President ta’ Malta talli mhux biss laqagħna hawn illejla, imma saħansitra kienet l-idea tiegħu li niġu norganizzaw din is-serata hawn f’dan il-palazz presidenzjali. Eċċellenza, il-fatt li lqajtna hawn f’dis-sala li minjaf kemm laqgħet fi ħdanha dinjitarji ta’ fama lokali u internazzjonali, u minjaf kemm seħħu hawn ġew ġrajjiet li sawwru l-istorja ta’ pajjiżna, ifisser ħafna. Ifisser li int Eċċellenza qed tagħti importanza kbira lil dan l-avveniment tal-lejla. Il-preżenza tiegħek u tal-ogħla mexxejja ta’ pajjiżna hija xhieda tal-valur tagħna bħala poplu li nibqgħu ngħożżu u nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna.
Valur li ppermettuli ngħid li jeħtieġ jibqa’jintiret minn ġenerazzjoni għal oħra. Għax l-ewwel dmir tal-familja huwa dak li tieħu ħsieb l-anzjani qraba tagħha. Il-Gvern qiegħed hemm biex iwieżen u jagħti sapport lill-familji, biex sa fejn ikun possibbli, l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità viċin il-familjari tagħhom. Ovvjament jeżistu ċirkostanZi meta l-familja ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel dan. F’dan il-każ għandu jidħol il-Gvern biex sa fejn hu possibbli, jipprova jgħin u jipprovdi spazju f’xi dar għall-anzjani li bnejna u rridu nkomplu nibnu. Imma nħoss li għandi nerġa’ nagħmilha ċara li fejn tidħol il-kura tal-anzjani ebda Gvern qatt ma jista’ jkun is-sostitut tal-familja. Għax anki l-aktar dar tal-anzjani komda u bl-aktar nurses kwalifikati ma tista’ timla qatt il-vojt li tħalli l-abbandun tal-familja.
Mingħajr ebdadubju dak li għandna llum nafuh lill-anzjani tagħna li lbieraħ u lbiraħtlula ħadmu qatigħ biex bnew lil dan il-pajjiż. Anki llum, ħafna u ħafna anzjani għadhom qed jagħtu sehem kbir fis-soċjetà tagħna. Għadhom impenjati bis-sħiħ f’xogħol volontarju fil-familji tagħhom, fil-każini, fil-festi, fil-parroċċi, fil-Kunsilli Lokali u f’tant u tant ħidma li ħafna drabi ssir fis-skiet, mingħajr ebda daqq ta’ trombi u mingħajr ebda kumpens. Ftit ilu mill-uffiċċju tiegħi għamilna survey żgħir. Tkellimna bit-telefon kważi mal-kappillani tal-parroċċi kollha mifruxa fi gżiritna u sibna li aktar minn 1,800 anzjan u anzjana għadhom joffru servizzi utli fil-parroċċi tagħna u dan bla ebda ħlas u tul is-sena kollha – min jarma u jnaddaf il-knisja, min jaqra u jgħin fil-quddies, min iżur il-morda, min iqarben u min jieħu ħsieb l-uffiċċju parrokkjali. Allaħares l-anzjani tagħna kellhom jiddeċiedu li jibgħatulna l-kont tal-ħafna u ħafna xogħol volontarju li jagħmlu.
Sur President,bħala Gvern aħna impenjati li nkomplu ninvestu fil-qasam tal-anzjani. F’din l-aħħar sena lestejna l-Blokka l-Ġdida Ġwanni Pawlu II f’San Vinċenz de Paul li se tilqa’ fiha 144 anzjan u li fiha il-kumditajiet kollha kemm għall-anzjani, kif ukoll għall-istaff. Għall-ewwel darba f’pajjiżna, f’din il-Blokka għamilna żewġ swali attrezzati għall-persuni bid-dimenzja. Id-dimenzja qiegħda dejjem tiżdied mhux biss f’Malta, imma anki fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja. Anki fil-qasam tad-dimenzja ħadna diversi inizjattivi, fost oħrajn billi waqqafna Kumitat magħmul minn esperti li qed ifassal Strateġija Nazzjonali għad-Dimenzja. L-Awtur Trevor Zahra ġie mitlub jikteb ktieb bl-isem “In-Nannu nesa x’jisimni” li se jkun ippubblikat dalwaqt u li bi stejjer sempliċi se jfiehem lit-tfal x’inhi d-dimenzja.
Fuq id-dimenzjagħamilna aktar u dan kien possibbli billi għamilna użu minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea. Sadanittant, dis-sena lestejna wkoll żewġ swali ġodda oħra fil-kumpless St Jean Antide li se jinfetħu dalwaqt u li se jilqgħu fihom 64 anzjan. Dan apparti r-refurbishing li għaddej fl-Isptar Karen Grech li se jiġi jiswa madwar 4 miljun ewro. Hemm diversi inizjattivi oħrajn, imma nsemmi biss in-Night Shelter li qed nagħmlu bi sħab mal-knisja u li se jinfetaħ fiż-Żejtun dalwaqt u l-Outreach Team li nittama li jibda jaħdem fi żmien qasir.
Did-darbabiddilna t-trofew li se jingħata lir-rebbieħ. L-ieħor li kellna għamel żmienu u beda jixxellef minn hemm u minn hawn. Għażilna trofew forma ta’ ktieb. Ridna nxebbħu kull anzjan u anzjana ma’ ktieb. Ħalli ktieb fuq xkaffa u ma titgħallem xejn ġdid. Tkellem ma’ anzjan u kull wieħed u waħda minnhom għandu ġrajja x’jirrakkontalek. Tagħlima x’jislitlek. Esperjenza x’jaqsam miegħek.
Tabilħaqq l-anzjanitagħna huma ħolqa mill-aktar importanti li tinseġ is-soċjetà tagħna. Huma r-rabta bejn ilbieraħ u llum. Huma l-għassiesa u l-messaġġiera tal-valuri u tat-tradizzjonijiet li sawruna u ddistingwewna bħala poplu u nazzjon. U jeħtieġ nagħtuhom widen lill-anzjani tagħna. Għax jekk le, x’valuri se ngħaddulhom lil uliedna?

U fuq kollox aħna min aħna? Aħna l-prodott tal-anzjani tagħna. Huma sawruna bl-għaraq ta’ xbinhom. 

Tabilħaqq l-anzjan tal-lum huwa r-rabta bejnil-passat u l-preżent. L-anzjan hu l-wirt ta’ għada. L-anzjan huwa l-identità tagħna. L-anzjan huwa l-brand li tagħmilna Maltin u Għawdxin.
Lill-anzjani kollha Maltin u Għawdxin ngħidilhomintom ġejtu fdati biċċa xogħol diffiċli. Mhux biss għamiltuha, imma ħriġtu ta’ vera mustaċċuni.

Grazzi, grazzi ħafna mill-qalb.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow