DISKORS MILL-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI TAL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, FL-OKKAŻJONI TAL-PREMJU ANZJAN TAS-SENA 2009 – VALLETTA - 23 TA’ OTTUBRU 2009
pr1837
23/10/2009
Eċċellenza President Dr George Abela,
Onorevoli Prim Ministru,
Onorevoli Mr Speaker,
Onorevoli Ministru John Dalli,
Onorevoli Membri Parlamentari,
Sinjuri,
| Huwa verament ta’ unur għalija li għat-tieni | sena qiegħed hawn f’din il-lejla speċjali sabiex minn hawn u ftit ieħor nagħtu l-unur lill-anzjan jew anzjana tas-sena. Irrid nibda biex nirringrazzja lill-Bord tal-Għażla magħmul mis-Sur Trevor Zahra Chairman u l-Membri Bro Martin Borg, is-Sinjura Matilde Balzan, is-Sinjura Mary Rose Bonello, Dame Lilian Miceli Farrugia, is-Sur Josef Camilleri u s-Sur Joseph Farrugia. (Volontarju. Rebbieħ. Karl Chircop ftit ġranet ilu t-tieni anniversarju). |
| Irrid nirringrazzja l-Eċċellenza Tiegħu | l-President ta’ Malta talli mhux biss laqagħna hawn illejla, imma saħansitra kienet l-idea tiegħu li niġu norganizzaw din is-serata hawn f’dan il-palazz presidenzjali. Eċċellenza, il-fatt li lqajtna hawn f’dis-sala li minjaf kemm laqgħet fi ħdanha dinjitarji ta’ fama lokali u internazzjonali, u minjaf kemm seħħu hawn ġew ġrajjiet li sawwru l-istorja ta’ pajjiżna, ifisser ħafna. Ifisser li int Eċċellenza qed tagħti importanza kbira lil dan l-avveniment tal-lejla. Il-preżenza tiegħek u tal-ogħla mexxejja ta’ pajjiżna hija xhieda tal-valur tagħna bħala poplu li nibqgħu ngħożżu u nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna. |
| Valur li ppermettuli ngħid li jeħtieġ jibqa’ | jintiret minn ġenerazzjoni għal oħra. Għax l-ewwel dmir tal-familja huwa dak li tieħu ħsieb l-anzjani qraba tagħha. Il-Gvern qiegħed hemm biex iwieżen u jagħti sapport lill-familji, biex sa fejn ikun possibbli, l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità viċin il-familjari tagħhom. Ovvjament jeżistu ċirkostanZi meta l-familja ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel dan. F’dan il-każ għandu jidħol il-Gvern biex sa fejn hu possibbli, jipprova jgħin u jipprovdi spazju f’xi dar għall-anzjani li bnejna u rridu nkomplu nibnu. Imma nħoss li għandi nerġa’ nagħmilha ċara li fejn tidħol il-kura tal-anzjani ebda Gvern qatt ma jista’ jkun is-sostitut tal-familja. Għax anki l-aktar dar tal-anzjani komda u bl-aktar nurses kwalifikati ma tista’ timla qatt il-vojt li tħalli l-abbandun tal-familja. |
| Mingħajr ebda | dubju dak li għandna llum nafuh lill-anzjani tagħna li lbieraħ u lbiraħtlula ħadmu qatigħ biex bnew lil dan il-pajjiż. Anki llum, ħafna u ħafna anzjani għadhom qed jagħtu sehem kbir fis-soċjetà tagħna. Għadhom impenjati bis-sħiħ f’xogħol volontarju fil-familji tagħhom, fil-każini, fil-festi, fil-parroċċi, fil-Kunsilli Lokali u f’tant u tant ħidma li ħafna drabi ssir fis-skiet, mingħajr ebda daqq ta’ trombi u mingħajr ebda kumpens. Ftit ilu mill-uffiċċju tiegħi għamilna survey żgħir. Tkellimna bit-telefon kważi mal-kappillani tal-parroċċi kollha mifruxa fi gżiritna u sibna li aktar minn 1,800 anzjan u anzjana għadhom joffru servizzi utli fil-parroċċi tagħna u dan bla ebda ħlas u tul is-sena kollha – min jarma u jnaddaf il-knisja, min jaqra u jgħin fil-quddies, min iżur il-morda, min iqarben u min jieħu ħsieb l-uffiċċju parrokkjali. Allaħares l-anzjani tagħna kellhom jiddeċiedu li jibgħatulna l-kont tal-ħafna u ħafna xogħol volontarju li jagħmlu. |
| Sur President, | bħala Gvern aħna impenjati li nkomplu ninvestu fil-qasam tal-anzjani. F’din l-aħħar sena lestejna l-Blokka l-Ġdida Ġwanni Pawlu II f’San Vinċenz de Paul li se tilqa’ fiha 144 anzjan u li fiha il-kumditajiet kollha kemm għall-anzjani, kif ukoll għall-istaff. Għall-ewwel darba f’pajjiżna, f’din il-Blokka għamilna żewġ swali attrezzati għall-persuni bid-dimenzja. Id-dimenzja qiegħda dejjem tiżdied mhux biss f’Malta, imma anki fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja. Anki fil-qasam tad-dimenzja ħadna diversi inizjattivi, fost oħrajn billi waqqafna Kumitat magħmul minn esperti li qed ifassal Strateġija Nazzjonali għad-Dimenzja. L-Awtur Trevor Zahra ġie mitlub jikteb ktieb bl-isem “In-Nannu nesa x’jisimni” li se jkun ippubblikat dalwaqt u li bi stejjer sempliċi se jfiehem lit-tfal x’inhi d-dimenzja. |
| Fuq id-dimenzja | għamilna aktar u dan kien possibbli billi għamilna użu minn fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea. Sadanittant, dis-sena lestejna wkoll żewġ swali ġodda oħra fil-kumpless St Jean Antide li se jinfetħu dalwaqt u li se jilqgħu fihom 64 anzjan. Dan apparti r-refurbishing li għaddej fl-Isptar Karen Grech li se jiġi jiswa madwar 4 miljun ewro. Hemm diversi inizjattivi oħrajn, imma nsemmi biss in-Night Shelter li qed nagħmlu bi sħab mal-knisja u li se jinfetaħ fiż-Żejtun dalwaqt u l-Outreach Team li nittama li jibda jaħdem fi żmien qasir. |
| Did-darba | biddilna t-trofew li se jingħata lir-rebbieħ. L-ieħor li kellna għamel żmienu u beda jixxellef minn hemm u minn hawn. Għażilna trofew forma ta’ ktieb. Ridna nxebbħu kull anzjan u anzjana ma’ ktieb. Ħalli ktieb fuq xkaffa u ma titgħallem xejn ġdid. Tkellem ma’ anzjan u kull wieħed u waħda minnhom għandu ġrajja x’jirrakkontalek. Tagħlima x’jislitlek. Esperjenza x’jaqsam miegħek. |
| Tabilħaqq l-anzjani | tagħna huma ħolqa mill-aktar importanti li tinseġ is-soċjetà tagħna. Huma r-rabta bejn ilbieraħ u llum. Huma l-għassiesa u l-messaġġiera tal-valuri u tat-tradizzjonijiet li sawruna u ddistingwewna bħala poplu u nazzjon. U jeħtieġ nagħtuhom widen lill-anzjani tagħna. Għax jekk le, x’valuri se ngħaddulhom lil uliedna? |
U fuq kollox aħna min aħna? Aħna l-prodott tal-anzjani tagħna. Huma sawruna bl-għaraq ta’ xbinhom.
| Tabilħaqq l-anzjan tal-lum huwa r-rabta bejn | il-passat u l-preżent. L-anzjan hu l-wirt ta’ għada. L-anzjan huwa l-identità tagħna. L-anzjan huwa l-brand li tagħmilna Maltin u Għawdxin. |
| Lill-anzjani kollha Maltin u Għawdxin ngħidilhom | intom ġejtu fdati biċċa xogħol diffiċli. Mhux biss għamiltuha, imma ħriġtu ta’ vera mustaċċuni. |
Grazzi, grazzi ħafna mill-qalb.
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en