Left arrow Mur Lura

Il-Librerija tal-Katidral t’Għawdex torganizza laqgħa internazzjonali.

pr1832
Date Icon 23/10/2009
Il-Librerija Pubblika tal-Katidral t’Għawdexbdiet taqdi lill-parruċċjani u lill-pubbliku Għawdxi tletin sena ilu. Dan l-anniversarju qed jiġi ċċelebrat permezz ta’ laqgħa internazzjonali li ser issir f’Għawdex bejn it-22 u l-25 t’Ottubru 2009.
Għoxrin delegat: sebgħa minn Għawdex, tnejnmill-Ġermanja, tlieta mill-Italja, waħda mil-Latvja, tnejn mil-Litwanja, tlieta min-Norveġja, u tnejn mit-Turkija qed jieħdu sehem fi proġett ta’ azzjoni li ġie kkordinat mill-Akademie Klausenhof tal-Ġermanja. Dan il-proġett huwa wieħed li qed igawdi finanzjament mill-programm Grundtvig ta’ l-Unjoni Ewropea, li huwa programm għat-tagħlim matul il-ħajja.
Il-Librerija tal-Katidrallaqgħet l-istedina ta’ l-Akademie Klausenhof biex tieħu sehem fil-proġett imsejjah RebeL – Reading between the lines u l-applikazzjoni kienet waħda mis-sebgħa li ntlaqgħu fost ħmistax-il-organizzazzjoni Maltija li applikaw għall-fondi mill-programm Grundtvig. Dan il-programm għandu l-għan li jippromwovi tagħlim fost persuni adulti u jindirizza wkoll il-ħtiġijiet ta’ dawk li għal xi raġuni ma kellhomx l-opportunità li jiksbu kwalifiki bażiċi.
Il-proġett ta’ azzjoniRebeL li fih qed tipparteċipa l-librerija tal-Katidral ta’ Għawdex qed jindirizza dan l-aspett. L-organizzazzjonijiet parteċipanti qed jiddiskutu kif jistgħu jaddottaw sistemi ta’ tagħlim bażiku fost gruppi speċifiċi fis-soċjetà tagħhom bħal ma huma nies li jgħixu fil-kampanja u li ma għandhomx aċċess għat-tagħlim.
F’Għawdex, il-Librerijatal-Katidral qed tipproponi li twaqqaf sezzjoni ta’ kotba b’lingwi barranin li jippromwovu wkoll il-qari fost persuni immigranti li ġejjin minn pajjiżi differenti. Dan jgħin ukoll fil-proċess ta’ integrazzjoni ta’ dawn in-nies fis-soċjetà.
L-Onor. Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex, inawgurat l-ewwel sessjoni ta’ diskussjonijiet li qed isiru fil-Kunvent ta’ Santu Wistin fir-Rabat u li ser ikunu kkoordinati minn Mons. Dr Joseph Bezzina.
Il-Ministru spjegat kifinizjattivi bħal dawn jikkontribwixxu biex Għawdex igawdi mill-benefiċċji kollha possibli permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hija saħqet dwar l-importanza li għandha tingħata lit-tagħlim għal matul il-ħajja u kif programmi bħal Gruntvig jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex bosta nies ikollhom aċċess għat-tagħlim ankè meta jikbru.
‘Permezz ta’ proġetti bħaldawn u inizjattivi oħra, Għawdex ikun qed igawdi minn fondi u għajnuna oħra li tmur oltrè mill-għajnuna allokata għal proġetti infrastrutturali’,  temmet tgħid il-Ministru Debono.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow