Il-Librerija tal-Katidral t’Għawdex torganizza laqgħa internazzjonali.
pr1832
23/10/2009
| Il-Librerija Pubblika tal-Katidral t’Għawdex | bdiet taqdi lill-parruċċjani u lill-pubbliku Għawdxi tletin sena ilu. Dan l-anniversarju qed jiġi ċċelebrat permezz ta’ laqgħa internazzjonali li ser issir f’Għawdex bejn it-22 u l-25 t’Ottubru 2009. |
| Għoxrin delegat: sebgħa minn Għawdex, tnejn | mill-Ġermanja, tlieta mill-Italja, waħda mil-Latvja, tnejn mil-Litwanja, tlieta min-Norveġja, u tnejn mit-Turkija qed jieħdu sehem fi proġett ta’ azzjoni li ġie kkordinat mill-Akademie Klausenhof tal-Ġermanja. Dan il-proġett huwa wieħed li qed igawdi finanzjament mill-programm Grundtvig ta’ l-Unjoni Ewropea, li huwa programm għat-tagħlim matul il-ħajja. |
| Il-Librerija tal-Katidral | laqgħet l-istedina ta’ l-Akademie Klausenhof biex tieħu sehem fil-proġett imsejjah RebeL – Reading between the lines u l-applikazzjoni kienet waħda mis-sebgħa li ntlaqgħu fost ħmistax-il-organizzazzjoni Maltija li applikaw għall-fondi mill-programm Grundtvig. Dan il-programm għandu l-għan li jippromwovi tagħlim fost persuni adulti u jindirizza wkoll il-ħtiġijiet ta’ dawk li għal xi raġuni ma kellhomx l-opportunità li jiksbu kwalifiki bażiċi. |
| Il-proġett ta’ azzjoni | RebeL li fih qed tipparteċipa l-librerija tal-Katidral ta’ Għawdex qed jindirizza dan l-aspett. L-organizzazzjonijiet parteċipanti qed jiddiskutu kif jistgħu jaddottaw sistemi ta’ tagħlim bażiku fost gruppi speċifiċi fis-soċjetà tagħhom bħal ma huma nies li jgħixu fil-kampanja u li ma għandhomx aċċess għat-tagħlim. |
| F’Għawdex, il-Librerija | tal-Katidral qed tipproponi li twaqqaf sezzjoni ta’ kotba b’lingwi barranin li jippromwovu wkoll il-qari fost persuni immigranti li ġejjin minn pajjiżi differenti. Dan jgħin ukoll fil-proċess ta’ integrazzjoni ta’ dawn in-nies fis-soċjetà. |
| L-Onor. Giovanna Debono, | Ministru għal Għawdex, inawgurat l-ewwel sessjoni ta’ diskussjonijiet li qed isiru fil-Kunvent ta’ Santu Wistin fir-Rabat u li ser ikunu kkoordinati minn Mons. Dr Joseph Bezzina. |
| Il-Ministru spjegat kif | inizjattivi bħal dawn jikkontribwixxu biex Għawdex igawdi mill-benefiċċji kollha possibli permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hija saħqet dwar l-importanza li għandha tingħata lit-tagħlim għal matul il-ħajja u kif programmi bħal Gruntvig jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex bosta nies ikollhom aċċess għat-tagħlim ankè meta jikbru. |
| ‘Permezz ta’ proġetti bħal | dawn u inizjattivi oħra, Għawdex ikun qed igawdi minn fondi u għajnuna oħra li tmur oltrè mill-għajnuna allokata għal proġetti infrastrutturali’, temmet tgħid il-Ministru Debono. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en