Left arrow Mur Lura

Malta tiffirma żewġ ftehim oħra dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja mal-Isle of Man u mal-Georġia

pr1830
Date Icon 23/10/2009
Il-Gvern Malti llum iffirmażewġ ftehim dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni doppja, wieħed mal-Isle of Man u l-ieħor mal-Georgia. F’din il-leġislatura dawn it-tip ta’ arranġamenti issa laħqu l-14-il wieħed.
Il-ftehim mal-Isle of Man ġieffirmat mill-Kummissarju Għoli Malti fl-Ingilterra, is-Sur Joseph Zammit Tabona f’isem il-Gvern Malti, filwaqt li għall-Gvern tal-Isle of Man iffirma l-Ministru tat-Teżor tal-Isle of Man, l-Onor. Allan Bell. Iċ-ċerimonja tal-iffirmar saret fil-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra.
Dan il-ftehim huwa riżultattal-ħidma ntensiva li wettqet il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra fl-aħħar xhur.
Fi kliem il-Kummissarju GħoliMalti, is-Sur Joseph Zammit Tabona, dan il-ftehim se jkun strumentali fis-settur tal-kummerċ u l-investiment, u se jkun pass ‘il quddiem għal iktar opportunitajiet ta’ nvestiment bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa tkellem ukoll dwar il-possibbiltà li jibdew jiġu organizzati delegazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi biex l-investiment bejniethom jieħu spinta ulterjuri.
Min-naħa tiegħu, il-MinistruBell wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-iffirmar tant importanti, u tenna li se jkun qed jaħdem iktar mill-qrib flimkien mal-Kummissjoni Għolja Maltija, fuq l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, li fi kliemu se jkun għodda importanti biex isaħħaħ l-ekonomija taż-żewġ pajjiżi.
Ftehim ieħor favor il-Ħelsienmit-Tassazzjoni Doppja ġie ffirmat iktar kmieni llum, din id-darba mal-Georgia. Il-ftehim lil ġie ffirmat fl-Ambaxxata Maltija f’Ruma, bejn il-Gvern Malti u dak tal-Georgia kien jittratta, dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja u l-Prevenzjoni mill-Evażjoni tat-Taxxa fuq id-dħul u l-kapital.
L-Ambaxxatur Maltigħall-Italja, is-Sur Walter Balzan iffirma l-ftehim f’isem il-Gvern Malti, filwaqt li l-Ambaxxatur tal-Georgia, is-Sur Konstantine Gabashvili, iffirma l-ftehim f’isem il-Gvern tal-Georgia. Iż-żewġ Ambaxxaturi  esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal dan il-ftehim u sostnew li ż-żewġ pajjiżi se jkomplu jaħdmu flimkien sabiex isaħħu r-relazzjonijiet bejniethom.
Ftehim għall-Ħelsienmit-Tassazzjoni doppja huwa arranġament bejn żewġ pajjiżi sabiex jeliminaw l-ostakli ekonomiċi, ġejjin mill-ħlas ta’ taxxa fuq id-dħul b’mod doppju mal-pajjiżi rispettivi. Hekk kif jitneħħa dan ix-xkiel, ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi tingħatalhom iktar opportunità u faċilità biex isaħħu l-investiment u l-kummerċ bejniethom. Fl-istess waqt iservi wkoll biex tkun infurzata l-liġi kontra l-evażjoni tat-taxxa.
Min-naħa tiegħu, il-Viċi PrimMinistru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor. Tonio Borg qal li dawn l-arranġamenti huma parti minn strateġija iktar wiesgħa li qed iħaddan il-Gvern sabiex jiffaċilita’ l-investiment dirett barrani. Fl-istess waqt ikunu qed jibbenefikaw minnu kumpaniji lokali li jkunu jixtiequ jkabbru l-investiment fil-pajjiżi partikolari. Il-Ministru Borg qal li minn mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, l-investiment dirett barrani irdoppja.
Ta’ min isemmi li fl-aħħar tmintax-il xahar,Malta iffirmat b’kollox 14-il ftehim dwar il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja. Dawn ġew iffirmati ma’ Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Montenegro, il-Qatar, San Marino, is-Serbja, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow