Malta tiffirma żewġ ftehim oħra dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja mal-Isle of Man u mal-Georġia
pr1830
23/10/2009
| Il-Gvern Malti llum iffirma | żewġ ftehim dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni doppja, wieħed mal-Isle of Man u l-ieħor mal-Georgia. F’din il-leġislatura dawn it-tip ta’ arranġamenti issa laħqu l-14-il wieħed. |
| Il-ftehim mal-Isle of Man ġie | ffirmat mill-Kummissarju Għoli Malti fl-Ingilterra, is-Sur Joseph Zammit Tabona f’isem il-Gvern Malti, filwaqt li għall-Gvern tal-Isle of Man iffirma l-Ministru tat-Teżor tal-Isle of Man, l-Onor. Allan Bell. Iċ-ċerimonja tal-iffirmar saret fil-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra. |
| Dan il-ftehim huwa riżultat | tal-ħidma ntensiva li wettqet il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra fl-aħħar xhur. |
| Fi kliem il-Kummissarju Għoli | Malti, is-Sur Joseph Zammit Tabona, dan il-ftehim se jkun strumentali fis-settur tal-kummerċ u l-investiment, u se jkun pass ‘il quddiem għal iktar opportunitajiet ta’ nvestiment bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa tkellem ukoll dwar il-possibbiltà li jibdew jiġu organizzati delegazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi biex l-investiment bejniethom jieħu spinta ulterjuri. |
| Min-naħa tiegħu, il-Ministru | Bell wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-iffirmar tant importanti, u tenna li se jkun qed jaħdem iktar mill-qrib flimkien mal-Kummissjoni Għolja Maltija, fuq l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, li fi kliemu se jkun għodda importanti biex isaħħaħ l-ekonomija taż-żewġ pajjiżi. |
| Ftehim ieħor favor il-Ħelsien | mit-Tassazzjoni Doppja ġie ffirmat iktar kmieni llum, din id-darba mal-Georgia. Il-ftehim lil ġie ffirmat fl-Ambaxxata Maltija f’Ruma, bejn il-Gvern Malti u dak tal-Georgia kien jittratta, dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja u l-Prevenzjoni mill-Evażjoni tat-Taxxa fuq id-dħul u l-kapital. |
| L-Ambaxxatur Malti | għall-Italja, is-Sur Walter Balzan iffirma l-ftehim f’isem il-Gvern Malti, filwaqt li l-Ambaxxatur tal-Georgia, is-Sur Konstantine Gabashvili, iffirma l-ftehim f’isem il-Gvern tal-Georgia. Iż-żewġ Ambaxxaturi esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal dan il-ftehim u sostnew li ż-żewġ pajjiżi se jkomplu jaħdmu flimkien sabiex isaħħu r-relazzjonijiet bejniethom. |
| Ftehim għall-Ħelsien | mit-Tassazzjoni doppja huwa arranġament bejn żewġ pajjiżi sabiex jeliminaw l-ostakli ekonomiċi, ġejjin mill-ħlas ta’ taxxa fuq id-dħul b’mod doppju mal-pajjiżi rispettivi. Hekk kif jitneħħa dan ix-xkiel, ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi tingħatalhom iktar opportunità u faċilità biex isaħħu l-investiment u l-kummerċ bejniethom. Fl-istess waqt iservi wkoll biex tkun infurzata l-liġi kontra l-evażjoni tat-taxxa. |
| Min-naħa tiegħu, il-Viċi Prim | Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor. Tonio Borg qal li dawn l-arranġamenti huma parti minn strateġija iktar wiesgħa li qed iħaddan il-Gvern sabiex jiffaċilita’ l-investiment dirett barrani. Fl-istess waqt ikunu qed jibbenefikaw minnu kumpaniji lokali li jkunu jixtiequ jkabbru l-investiment fil-pajjiżi partikolari. Il-Ministru Borg qal li minn mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, l-investiment dirett barrani irdoppja. |
| Ta’ min isemmi li fl-aħħar tmintax-il xahar, | Malta iffirmat b’kollox 14-il ftehim dwar il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja. Dawn ġew iffirmati ma’ Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Montenegro, il-Qatar, San Marino, is-Serbja, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en