PASSI KONKRETI FIL-PROĊESS TA’ STUDJI GĦAT-TWAQQIF TA’ WINDFARMS F’PAJJIŻNA
pr1825
22/10/2009
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) illum tat l-approvazzjoni unanima għat-twaqqif ta’ wind monitoring mast temporanju fl-Aħrax tal-Mellieħa. Dan il-mast temporanju għandu jservi biex tkompli tinġabar data xjentifika bħala parti mill-istudji dwar il-viabbilita` tat-twaqqif ta’ windfarm fil-baħar, eżattament fuq is-Sikka l-Bajda. |
| Ġaladarba jkun deċiż li din il-windfarm | hija viabbli li ssir, huwa mistenni li jsir investiment ta’ madwar €300 miljun mis-settur privat. L-approvazzjoni ta’ dan il-permess mill-MEPA huwa neċessarju sabiex il-Ministeru jkollu f’idejh l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twaqqif ta’ din il-windfarm. |
| Il-Ministeru jibqa’ impenjat li jkompli | għaddej b’din il-ħidma sabiex jiżgura li jkun f’pożizzjoni li jilħaq il-miri li għandu sas-sena 2020, u fosthom li 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa, billi nużaw teknoloġiji ħalli jkunu sfruttati s-sorsi kollha disponibbli bħax-xemx, ir-riħ u l-iskart. |
| Il-pass konkret tal-lum ikompli jikkonferma | kemm l-impenn tal-Gvern mhuwiex biss fuq il-karta, imma huwa impenn reali u li l-Gvern huwa kommess li jintlaħaq |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en