Left arrow Go Back

PASSI KONKRETI FIL-PROĊESS TA’ STUDJI GĦAT-TWAQQIF TA’ WINDFARMS F’PAJJIŻNA

pr1825
Date Icon 22/10/2009
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-AffarijietRurali jinnota b’sodisfazzjon li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) illum tat l-approvazzjoni unanima għat-twaqqif ta’ wind monitoring mast temporanju fl-Aħrax tal-Mellieħa. Dan il-mast temporanju għandu jservi biex tkompli tinġabar data xjentifika bħala parti mill-istudji dwar il-viabbilita` tat-twaqqif ta’ windfarm fil-baħar, eżattament fuq is-Sikka l-Bajda.
Ġaladarba jkun deċiż li din il-windfarmhija viabbli li ssir, huwa mistenni li jsir investiment ta’ madwar €300 miljun mis-settur privat. L-approvazzjoni ta’ dan il-permess mill-MEPA huwa neċessarju sabiex il-Ministeru jkollu f’idejh l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twaqqif ta’ din il-windfarm.
Il-Ministeru jibqa’ impenjat li jkompligħaddej b’din il-ħidma sabiex jiżgura li jkun f’pożizzjoni li jilħaq il-miri li għandu sas-sena 2020, u fosthom li 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa, billi nużaw teknoloġiji ħalli jkunu sfruttati s-sorsi kollha disponibbli bħax-xemx, ir-riħ u l-iskart.
Il-pass konkret tal-lum ikompli jikkonfermakemm l-impenn tal-Gvern mhuwiex biss fuq il-karta, imma huwa impenn reali u li l-Gvern huwa kommess li jintlaħaq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow