Left arrow Mur Lura

EBDA DIFFIKULTÀ LI UFFIĊJALI TAL-MUT JŻURU L-ISKOLA TAL-MOSTA

pr1824
Date Icon 22/10/2009
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħu Sport jixtieq jerġa’ jenfasizza li qatt ma kien hemm u ma hemm ebda diffikulta’ biex uffiċjali tal-Malta Union of Teachers iżuru l-iskejjel tal-Istat, basta dan isir bi ftehim mal-awtoritajiet tal-Edukazzjoni u b’mod li ma jtellifx mit-tagħlim tat-tfal.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni kategorikamenttiċħad li qed tieħu atteġġjament ta’ konfrontazzjoni fil-konfront tal-MUT, anzi kienet hi stess li qabel inqala’ dan il-każ stiednet lill-MUT għal-laqgħa biex flimkien jiddiskuti temi pendenti bejn iż-żewġ naħat.  Din l-istedina għadha miftuħa.
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jixtieqjiċċara li nhar l-Erbgħa l-uffiċjali tal-MUT marru fl-Kindergarten tal-Mosta biex ikejjlu l-klassijiet, mingħajr avviż minn qabel u fil-ħin tal-lezzjonijiet.  Id-Direttorat kien dejjem lest li jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex l-MUT tkun tista’ żżur l-iskola u lesta tagħti l-pjanti u n-numru ta’ tfal li hemm f’kull klassi tal-Kindergarten.
Ix-xogħol tal-union fl-iskejjel qatt ma għandujtellef mill-ħinijiet tat-tagħlim.  Il-mod li bih imxiet l-MUT f’dan il-każ imur kontra dan.
Il-Ministeru hu dispost li jiddiskuti mal-MUTkull kwestjoni li tista’ tinqala’ basta dan isir fi spirtu ta’ kollaborazzjoni u djalogu soċjali u bla ma jtellef mill-ħinijiet tat-tagħlim tal-istudenti.
Sadattant l-MUT illum infurmat lill-Kaptal-iskola msemmija li rappreżentanti tagħha nhar it-Tnejn jixtiequ jżuru l-iskola tal-Mosta.  Fil-fatt id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, la darba kien avżat, ma għandu ebda diffikulta’ li ssir din iż-żjara f’ħin li ma jtellifx mit-tagħlim tat-tfal u l-ħidma tal-impjegati tal-iskola.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow