STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU
pr1821
22/10/2009
| Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu | jirreferi għall-kummenti magħmula minn Kelliema tal-Oppożizzjoni fil-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari fil-bidu tas-seduta tal-bieraħ filgħaxija dwar l-assenza tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu l-Onor. Mario de Marco matul l-istess Seduta. |
| Is-Segretarjat jixtieq jiċċara li fl-istess | ħin tas-Seduta, l-Onor. de Marco kien qiegħed f’laqgħa ma’ uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) in konnessjoni mal-implimentazzjoni tar-riforma tal-MEPA. Din il-laqgħa, intemmet fid-8.45 p.m. Dawn it-tip ta’ laqgħat fejn ikun hemm l-uffiċjali tal-MEPA involuti, isiru ġeneralment filgħaxijiet biex kemm jista’ jkun ma jfixklux il-ħidma normali tal-MEPA. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en