Left arrow Mur Lura

Stedina għal diskussjoni u mhux konfrontazzjoni

pr1820
Date Icon 21/10/2009
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, kategorikament tiċħad li b’xi mod użat xi attitudni konfrontazzjonali jew arroganti lejn il-Union tal-Għalliema jew xi uffiċjali minn tagħha.
F’telefonata dalgħodu li saret waqt li l-MinistruCristina kienet f’laqgħa ma’ numru ta’ nies fl-Istitut tal-MCAST fin-Naxxar, il-President tal-MUT informa lill-Ministru li hu u uffiċjali oħra tal-Union kienu mwaqqfa milli jidħlu fl-iskola tal-Mosta biex jaraw xi klassijiet tal-Kindergarten peress li kien hemm ilmenti dwar il-kobor tagħhom. Il-Ministru staqsiet jekk kinetx prassi li l-Union tidħol mingħajr ma jingħata preavviż lill-Awtoritajiet Edukattivi u waqt il-ħinijiet tal-lezzjonijiet bir-riżultat li jkun hemm tfixkil fix-xogħol għaddej fil-klassijiet.
Peressli l-Ministru ma kellhiex il-fatti ta’ dak li seħħ quddiemha u peress li ċ-ċirkostanzi għal diskussjonijiet fuq it-telefon ma kinux idonei, il-Ministru ssuġġeriet li l-Union u l-Ministeru jitkellmu dwar dan f’laqgħa li hi stess talbet il-bieraħ mal-Union għal nhar il-Ġimgħa fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar biex iż-żewġ naħat iħarsu lejn issues pendenti.
Il-Ministrutagħmilha ċara li bl-ebda mod m’hemm xi intenzjoni li l-Union ma titħalliex tidħol fl-iskejjel tagħna. Madanakollu hi tal-fehma li għandu jkun hemm policy ċara li tirrispetta l-ħidma li tkun għaddejja fl-iskola u li b’ebda mod ma toħloq interruzzjonijiet fix-xogħol għaddej.
L-MUTtaf tajjeb li l-Ministru Cristina dejjem kienet disposta li tiddiskuti mal-Union dwar kwalunkwe materja li riedet tqajjem il-Union. Aktar minn dan, l-MUT taf tajjeb ukoll li l-Ministru dejjem uriet l-impenn sħiħ tagħha sabiex jiġu ndirizzati l-kwistjonijiet kollha li setgħu inqalgħu minn żmien għal żmien. Għaldaqstant, il-Ministru terġa tistieden lill-Union sabiex tattendi għall-laqgħa tal-Ġimgħa fil-Ministeru fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow