DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU TA’ MALTA, FL-OKKAZJONI TAZ-ZJARA STATALI MILL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U S-SINJURA PARVANOVA – AUBERGE DE CASTILLE, VALLETTA – 21 OTTUBRU 2009
pr1817
21/10/2009
| Sur President, | Eċċellenzi, Sinjuri, |
| Għandi l-unur u l-pjaċir, f’isem il-poplu u | l-Gvern ta’ Malta, li nagħti lill-Eċċellenza Tiegħu Georgi Parvanov, President tar-Repubblika tal-Bulgarija u lis-Sinjura Parvanova, merħba mill-qalb. |
| Iż-żewġ pajjiżi tagħna għandhom storja u | tradizzjoni twila li tmur lura sal-kulturi Neolitiċi li kien hawn b’mod partikulari f’Malta u l-Balkani. Xi arkeoloġi jirreferu għal din il-kultura bħala l-Ewropa Antika biex jiddeskrivu l-kultura relattivament omoġenea u mifruxa li ġiet qabel dik Neolitika Indo-Ewropea, parikolarment fiż-żewġ pajjiżi tagħna. Dan il-patrimonju komuni ppreċeda b’eluf ta’ snin il-vokazzjoni Ewropea komuni tagħna. |
| Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-Bulgarija u | Malta, li ġiet stabbilita fl-1971, kibret u tkattret waqt li nfirxet fuq diversi oqsma bħall-kummerċ, kultura u turiżmu u koperazzjoni f’organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali. Iżda kien waqt is-Summit tal-Unjoni Ewropea f’Helsinki f’Diċembru 1999 li ż-żewġ pajjiżi tagħna resqu aktar lejn xulxin hekk kif bdejna l-vjaġġ lejn ideal komuni Ewropew, meta ż-żewġ pajjiżi tagħna ġew mistiedna biex jibdew in-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Bħala żewġ pajjiżi minn reġjuni differenti tal-Ewropa sibna l-għaqda fil-proġett Ewropew. |
| Iż-żewġ pajjiżi tagħna jaqsmu bejniethom għan | komuni Ewropew. L-Unjoni Ewropea tgħaqqadna b’ambizzjoni komuni: li nibnu flimkien kontinent ta’ paċi u prosperità u li nsostnu l-valuri umani u soċjali komuni tagħna. L-Unjoni tirrappreżenta impenn qawwi li jmur ’l hinn mir-rispett għad-drittijiet umani, is-saltna tad-dritt u l-prinċipji tad-demokrazija. Dan ifisser sforz komuni li nibnu Ewropa li twassal għall-isfidi kbar li għandna quddiemna llum, l-ewwel fosthom hija l-kriżi ekonomika globali u l-perikli li qed jgħeddu l-ambjent tagħna. |
Sur President,
L-Ewropa, u tista’ tgħid id-dinja kollha, għaddejja minn żminijiet diffiċli li qed ixekklu, jekk mhux wkoll iwaqqfu f’xi aspetti, il-proċess biex nilħqu dawn il-miri u l-prosperità komuni. Minkejja dan, il-kriżi ekonomika globali u l-perikli klimatiċi jinħtieġu li nirreaġixxu kollettivament b’mod aktar qawwi, l-ewwel u qabel kollox fost l-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll permezz tal-azzjoni komuni tagħna flimkien mal-kumplament tad-dinja.
Sur President,
| Malta tikkunsidra ’l-Bulgarija, għalkemm | magħġuna ħaġa waħda mar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, bħala msieħba importanti fi ħdan id-dimensjoni Mediterraneja u d-djalogu bejn il-popli. Kien fit-tielet Laqgħa Informali tal-Unjoni Ewropea – Ministri tal-Affarijiet Barranin Mediterranji, li Malta organizzat fil-Belt Valletta fi Frar tal-2007, fejn konna qbilna li l-Bulgarija għandha tingħaqad ma’ dan il-grupp informali għax nafu li l-periferija tan-Nofsinhar tal-Unjoni tinħtieġ li tinżamm fil-perspettiva tal-policies u l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
| Malta temmen li l-Bulgarija ġġib magħha l-esperjenza | li għandha fl-impenn attiv fil-fora tar-reġjun Ċentrali u tax-Xlokk tal-Ewropa bħall-Kunsill dwar il-Koperazzjoni Reġjonali u l-Proċess ta’ Koperazzjoni għax-Xlokk tal-Ewropa, kif ukoll fil-koperazzjoni reġjonali tal-Baħar l-Iswed, li għandha żżid il-valur u twessa’ r-rwol tagħha fil-kwistjonijiet, proġetti u inizjattivi li huma ta’ importanza reċiproka għall-pajjiżi tal-periferija tan-Nofsinhar tal-Unjoni. |
Sur President,
| Għandi l-pjaċir ninnota li fl-okkażjoni | taż-Żjara Statali tiegħek, Eċċellenza, iż-żewġ gvernijiet tagħna ffirmaw ftehim importanti li jressaq iż-żewġ pajjiżi tagħna eqreb lejn xulxin u li jirrigwarda l-koperazzjoni bejn il-Ministeri tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Dan il-ftehim jawgura tajjeb għal rabtiet politiċi aktar fil-qrib, imma l-aktar importanti għal relazzjonijiet aktar f’saħħithom bejn iż-żewġ popli tagħna. |
| F’dawn l-aħħar snin Malta u l-Bulgarija laħqu | għadd ta’ ftehimiet oħra bilaterali. Minkejja dan ir-relazzjonijiet bilaterali ta’ bejnietna xorta fadlilhom potenzjal konsiderevoli fejn ikomplu jikbru, speċjalment fl-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi. Jiena għalhekk nistenna bil-ħerqa, fis-snin li ġejjin, aktar żvilupp fir-relazzjonijiet aktar fil-qrib bejn Malta u l-Bulgarija għall-ġid taż-żewġ popli tagħna. |
| Sur President, | Eċċellenzi, Sinjuri, |
| B’dawn il-ħsibijiet, jiena issa nistedinkom | biex tgħollu t-tazzi tagħkom u tixorbu bis-saħħa tal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika tal-Bulgarija u s-Sinjura Parvanova u l-poplu tal-Bulgarija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en