MALTA U L-BULGARIJA JSAĦĦU IR-RELAZZJONIJIET POLITIĊI TAGĦHOM
Permezz ta’ ftehim iffirmat illum bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti u dak Bulgaru, iż-żewġ pajjiżi qablu li jaħdmu iktar flimkien sabiex jgħinu lil xulxin fuq materji varji. Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Dr Cecilia Attard Pirotta ffirmat dan il-ftehim f’isem Malta fil-preżenza tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg.
Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Bulgaria jmorru lura ghall-1971 u minn dejjem kienu jitqiesu bħala sodisfaċenti. Hemm numru ta’ ftehim bilaterali, fosthom dwar koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-ittraffikar tad-droga, u ieħor li ġie ffirmat matul is-sena li għaddiet li jittratta l-koperazzjoni bejn il-forzi tas-sigurta’ taż-żewġ pajjiżi.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg fakkar li Malta kienet appoġġjat bis-sħiħ id-dħul tal-Bulgarija fl-Unjoni Ewropea. Huwa semma li hemm oqsma li iż-żewġ pajjiżi għandhom jaħdmu iktar fuqhom b’enfażi fuq il-kummerċ u l-kultura.
Minkejja li sal-lum il-Bulgarija għadha ma ffissatx data ta’ meta se tipprova tidħol fiz-zona ewro, il-Ministru Borg offra id-disponibilita ta’ Malta li tgħin lil Bulgarija taddotta din il-munita li fi kliem il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti kienet vitali f’din ir-riċessjoni dinjija. Huwa spjega wkoll li minkejja li it-turisti li ġew Malta mill-Buglarija irduppjaw fl-aħħar ħames snin, minn 2,572 fl-2004 għal 5,129 fl-2007, xorta hemm potenzjal li għandna naħdmu iktar fuqu.
......statistics
COMPARATIVE ECONOMIC INDICATORS
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en