MIĊĦUDA ALLEGAZZJONIJIET TAD-DEPUTAT LABURISTA DR ALFRED SANT DWAR L-INGAĠĠ TA’ MATTHEW PSAILA
pr1814
21/10/2009
| Il-Gvern jiċħad dak li qal id-deputat | laburista Dr. Alfred Sant il-bieraħ waqt il-programm Dissett imxandar fuq PBS dwar l-ingaġġ ta’ Matthew Psaila fil-Forzi Armati ta’ Malta. |
| Matthew Psaila kellu l-kwalifiċi u r-rikjesti | kollha meħtieġa biex jidħol fil-Forzi Armati ta’ Malta. Għalhekk l-implikazzjoni ta’ Dr. Alfred Sant li Matthew Psaila “daħħluh” meta kellu xi rikjesti nieqsa hi għal kollox infondata u bla bażi. Fil-fatt hu kellu kwalifiċi biżżejjed anki biex jiġi kunsidrat bħala kadett-fizzjal u daħal bħala gunner b’għażla tiegħu. |
| Dr. Alfred Sant qal ukoll li Matthew Psaila | ġie ingaġġat minħabba l-elezzjoni ġenerali. Lanqas dan ma hu minnu. Ir-reklutaġġ fl-Armata isir kull sena. |
| Għalhekk il-konklużjoni ta’ klijenteliżmu hi | għal kollox żbaljata. |
| Hu għajb li l-bieraħ intqalu affarijiet li | ġew preżentati bħala fatti u li m’humiex veri, biex mewta traġika tintuża f’argument bħala raġuni ta’ telfa elettorali. |
| Dak li qal id-deputat laburista hu wkoll | nuqqas ta’ apprezzament għal dak li jagħmlu l-membri tal-Forzi tal-Ordni f’pajjiżna b’tant dedikazzjoni biex iħarsu is-sigurta’ tal-poplu u ta’ pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en