STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT
pr1811
20/10/2009
| APPOSTA JEW GĦAX MA | JAFX?? |
| Meta mqabbla mal-pajjiżi | membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, Malta kellha l-aktar rata mgħaġġla ta’ żjieda fl-istudenti li baqgħu jistudjaw wara l-eta’ obbligatorja. Fil-fatt filwaqt li fl-1994 kien hemm 5,471 student li baqgħu jistudjaw wara l-eta’ obbligaorja, sal-2008 dan in-numru tela’ għal 11,874. Dan sforz tal-investiment qawwi li l-Gvern għamel fil-qasam edukattiv f’dawn l-aħħar snin. |
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni | Dr. Joseph Muscat ma jistax ma japprezzax il-progress enormi li twettaq matul dawn l-aħħar 20 sena fil-qasam edukattiv. Dan b’riżultat tal-impenn u l-investiment qawwi tal-Gvern kif ukoll bir-riformi li saru u qed ikomplu jsiru f’kull qasam tal-edukazzjoni. |
| Wieħed irid iħares | lejn x’ġara fl-Universita’, fl-MCAST, fil-Junior College, fil-Higher Secondary School kif ukoll fis-Sixth Forms tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti u fl-għadd ta’ istituzzjonijiet edukattivi privati, biex jara l-firxa kbira ta’ opportunitajiet li għandhom iż-żgħażagħ illum, biex jagħżlu kors ta’ edukazzjoni u taħriġ skont l-abbilta’ u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Altru milli l-Gvern għamel u qed ikompli jagħmel minn kollox biex iż-żgħażagħ tagħna jkomplu jistudjaw. |
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni | jrid jara l-isplużjoni fl-għadd ta’ student fl-Universita’ mis-snin tmenin għal-lum. Minn 800 student fl-1987 fi żmien Gvern Laburista, għal 7,267 student jagħmlu korsijiet full time u 2,163 oħra f’korsijiet part-time sas-sena l-oħra. Biżżejjed josserva l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, li matul dawn l-aħħar 20 sena, l-universita’ weħidha, tat lill-pajjiż madwar 35,000 gradwat. |
| Wieħed isibha | difficli jqabbel amministrazzjoni Laburista ma’ amministrazzjoni Nazzjonalista fil-qasam edukattiv. L-MCAST li Gvern Laburista kien għalaq u reġa nfetaħ mill-Gvern preżenti tmien snin ilu, ġieb miegħu bidla u qabża kbira fil-qasam tal-edukazzjoni u taħriġ; u qed joffri għażla kbira ta’ korsijiet f’livelli differenti biex kull żagħżugħ u żagħżugħa jkunu jistgħu jkomplu jistudjaw. |
| Minn madwar 1,500 | student fl-2001, l-MCAST illum jaqbeż il-5,000 student, b’żjieda kbira fl-istudenti li qed isegwu korsijiet f’livelli għoljin, biex issa qed joffri wkoll korsijiet f’livell ta’ degree. Il-progress li sar fl-MCAST jitqabbel tajjeb ħafna ma’ istituzzjonijiet simili fl-Ewropa u permezz ta’ dan l-iżvilupp, Malta qed jirnexxilha tidħol anke f’oqsma ta’ teknoloġija li qabel ma kellniex esperjenza fiha. Fl-istess ħin, l-MCAST baqa’ joffri korsijiet f’livelli aktar bażiċi u fi snajja tradizzjonali biex ħadd m’għandu għalfejn jibqa’ barra. |
| Barra minn dawn, din | is-sena fil-Junior College hemm 3,286 student, filwaqt li fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School hemm 1,364 student ieħor. |
| L-impatt taż-żjieda | qawwija tal-istudenti fil-livelli post-sekondarji jkompli jinħass aktar ma jgħaddi ż-żmien. Din iż-żjieda ma setgħetx tintlaħaq li kieku matul dawn l-aħħar snin ma tjiebitx il-kwalita’ tal-edukazzjoni f’kull livell, mill-kindergarten, primarja u sekondarja flimkien mas-servizzi ta’ support li qegħdin jissaħħu. |
| Iżda dan | kollu il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ma jsemmiħx. Apposta jew għax ma jafx x’inhu jiġri fil-qasam edukattiv? |
| Qatt daqs | illum ma kien hemm skemi ta’ Boroż ta’ Studju miftuħin għaż-żgħażagħ u l-adulti tagħna. Qatt daqs illum ma kien hemm mijiet ta’ student li qegħdin jistudjaw barra mill-pajjiż jew fl-Universita’ tagħna stess fil-livell ta’ Masters u Dottorat. |
| Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni | jidher li mhux konxju li n-nuqqas serju ħafna fil-kultura tal-edukazzjoni u taħriġ fi żmien amministrazzjonijijet laburisti għadu jinhass anke llum, minħabba li l-istess ġenituri li ma ngħatawx opportunita’ għal studju u taħriġ avvanzati fi żmien gvernijiet Laburisti, aktarx li llum ma japprezzawx biżżejjed il-ħtieġa li wliedhom ikomplu jistudjaw. |
| Il-Gvern hu | determinat, kommess u lest ikompli jinvesti bil-qawwi biex il-mira li jrid iwettaq, li sal-2015 Malta jkollha 85% tal-istudenti li jkomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja. L-opportunitajiet diġa’ qegħdin hemm biex ħadd ma jibqa’ barra. Wieħed irid jinnota li ż-żjieda fl-għadd ta’ studenti li jkomplu jistudjaw tiġi riflessa fl-istatistika snin wara minħabba l-mod kif tinġabar mill-Unjoni Ewropea. |
| B’din il-mira f’moħħu, | il-Gvern nieda s-sistema tal-Kulleġġi u qed jagħti prijorita’ lit-Tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja, li se titħabbar dalwaqt; billi s-sistema attwali hi waħda mill-kawżi ewlenin li studenti qed jitilqu mill-iskola kmieni. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed isaħħaħ ukoll is-servizz ta’ gwida lill-istudenti biex ikompli jimmotiva aktar studenti li jibqgħu jistudjaw. |
| F’qasir zmien sejrin | naraw ir-riforma fl-iskejjel speċjali biex l-istudenti taghna f’dawn l-iskejjel ikollhom l-aqwa edukazzjoni possibbli. |
| F’Novembru li ġej, | il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għolja se xxandar gwida informattiva għal dawk li jinsabu fil-ħames sena sekondarja, biex jinfurmahom b’dak kollu li jeżisti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u s-servizzi u skemi ta’ appoġġ li jeżistu, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-għazliet tagħhom biex ikompli jistudjaw. |
| Ta’ min ifakkar li | din m’hix l-ewwel darba li l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Joseph Muscat tkellem dwar il-qasam tal-Edukazzjoni u wera li ma jafx x’inhu jiġri f’dan il-qasam. F’Marzu ta’ din is-sena, kien tkellem dwar l-istudji b’rabta mal-ħiliet fix-xjenza u l-matematika; u akkuza lill-Gvern li ma ppubblikax dawn ir-riżultati, meta fil-fatt il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Evarist Bartolo, li kien bil-qegħda ħdejh meta qal dan, kien jaf li dawn kienu pubblikati, tant li kien kiteb dwarhom fil-gazzetta. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en