Left arrow Mur Lura

Aktar bozoz energy saving  b’xejn lil residenzi fejn jgħixu aktar minn għaxar persuni

pr1810
Date Icon 20/10/2009
Il-Ministru għar-Riżorsiu l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino, ħabbar waqt żjara li għamel fid-Dar għat-Tfal f’Tas-Sliema, immexxija mis-Sorijiet tal-Ursolini, li d-djar fejn joqgħodu aktar minn għaxar persuni, nklużi djar immexxija fuq bażi volontarja bħal istituti u kunventi fost oħrajn, se jingħataw allokazzjoni akbar ta’ bozoz energy saving b’xejn.
Il-Gvern, konxju mill-bżonnijiet ta’ dawnl-organizzazzjonijiet, ħass li jkun opportun li jsir aġġustament biex dawn id-djar jingħatawlhom vouchers addizzjonali li jintitolawhom għal vouchers ta’ għaxar bozoz għal kull għaxar residenti f’dar partikolari.
Il-Ministru George Pullicino sostna li l-Gvernħass li għandu jaġġusta din l-iskema biex tkompli tiżdiet l-għajnuna ħalli jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u jitħares l-ambjent.
Originarjament permezz tan-Notifika tal-Gvern,pubblikata f’Marzu ta’ din is-sena, ħafna minn dawn id-djar ingħataw l-allokazzjoni massima ta’ 10 bozoz, l-istess ammont li rċevew familji li jikkonsistu f’familja ta’ ħames persuni jew aktar.
Jakkumpanja lill-Ministru Pullicino fiż-żjaratiegħu kien hemm ukoll s-Sur Anthony Rizzo, Chief Executive tal-Awtorita’ Maltija ghar-Rizorsi.
L-iskema tal-bozoz energy saving tagħlaqfil-31 ta’ Ottubru, 2009. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq Freephone 80072212.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow