Open Days fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt Valletta
pr1809
20/10/2009
| Għat-tieni sena konsekuttiva, fl-okkazjoni | tal-Jum Ewropew għall-Ġustizzja Ċivili, il-Qrati fil-Belt Valletta ser ikunu miftuħa għall-pubbliku nhar is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 t’Ottubru mid- 9.00 ta' filgħodu sas-2.00 ta’ wara nofsinhar. |
| Il-pubbliku huwa mistieden biex iżur dan | il-bini, mhux biss sabiex jara l-post fejn taħdem il-Ġudikatura ta’ Malta, iżda anke sabiex jara esibizzjoni li qed tittella apposta għal din l-okkazjoni għall-ewwel darba. |
| Fost ħafna oġġetti ta’ interess fil-qasam legali | għall-wiri, ser ikun hemm proċessi ta’ żmien il-Kavallieri u żmien il-Francizi; se jkun hemm ukoll wirja ta’ oġġetti ta’ ex-Prim Imħallfin u Mħallfin. |
| Ta’ interess ukoll hija wirja dwar Sir Anthony | Mamo u wirja ta’ files relatati miegħu. Għall-ewwel darba wkoll ser jintwerew sketches u ritratti ta’ binjiet li fil-passat servew ta’ Qrati f'Malta. Ser ikun hemm eżibit ukoll mudell tal-Qorti li għadu kif ġie rrestawrat. |
| Il-pubbliku ser ikun jista’ jipparteċipa f’tours | organizzati bi gwida madwar il-Qrati li matulhom ser isiru żjarat f’numru ta’ Awli u jingħataw spjegazzjonijiet dwar il-ħidma tal-Qrati Maltin. |
| Għal din l-okkazjoni, tfal ta’ kull età ser | ikunu jistgħu jidħlu fil-bini tal-Qorti u fl-Awli sakemm ikunu akkumpanjati minn adult. Il-pubbliku huwa mitlub jilbes ilbies xieraq. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en