Left arrow Go Back

Open Days fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt Valletta

pr1809
Date Icon 20/10/2009
Għat-tieni sena konsekuttiva, fl-okkazjonital-Jum Ewropew għall-Ġustizzja Ċivili, il-Qrati fil-Belt Valletta ser ikunu miftuħa għall-pubbliku nhar is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 t’Ottubru mid- 9.00 ta' filgħodu sas-2.00 ta’ wara nofsinhar.
Il-pubbliku huwa mistieden biex iżur danil-bini, mhux biss sabiex jara l-post fejn taħdem il-Ġudikatura ta’ Malta, iżda anke sabiex jara esibizzjoni li qed tittella apposta għal din l-okkazjoni għall-ewwel darba.
Fost ħafna oġġetti ta’ interess fil-qasam legaligħall-wiri, ser ikun hemm proċessi ta’ żmien il-Kavallieri u żmien il-Francizi; se jkun hemm ukoll wirja ta’ oġġetti ta’ ex-Prim Imħallfin u Mħallfin.
Ta’ interess ukoll hija wirja dwar Sir AnthonyMamo u wirja ta’ files relatati miegħu. Għall-ewwel darba wkoll ser jintwerew sketches u ritratti ta’ binjiet li fil-passat servew ta’ Qrati f'Malta. Ser ikun hemm eżibit ukoll mudell tal-Qorti li għadu kif ġie rrestawrat.
Il-pubbliku ser ikun jista’ jipparteċipa f’toursorganizzati bi gwida madwar il-Qrati li matulhom ser isiru żjarat f’numru ta’ Awli u jingħataw spjegazzjonijiet dwar il-ħidma tal-Qrati Maltin.
Għal din l-okkazjoni, tfal ta’ kull età serikunu jistgħu jidħlu fil-bini tal-Qorti u fl-Awli sakemm ikunu akkumpanjati minn adult. Il-pubbliku huwa mitlub jilbes ilbies xieraq.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow