Diskors mill-Onor. Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Sahha, fl-okkażjoni tat-tnedija tal-Kampanja kontra t-tipjip ‘HELP’, organizzata mill-Unjoni Ewropea – San Ġiljan – 20 Ottubru 2009
pr1808
20/10/2009
| Huwa tassew pjaċir | għalija li qiegħed magħkom hawnhekk illum biex nitkellmu dwar aspett ferm importanti fejn tidħol is-saħħa tal-poplu Malta kollu. Huwa fatt aċċettat kullimkien u minn kulħadd li l-qasam tas-saħħa hu wieħed estensiv u kumpless għall-aħħar. F’dan il-qasam min-naħa tiegħu, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard huma xhieda ħajja ta’ impenn sħiħ. Dawn dejjem taw kontribut sħiħ minħabba l-fatt li s-saħħa tolqot direttament lill-popolazzjoni kollha. |
| L-effett dirett mill-ammonti | ta’ mwiet u mard relatat mat-tipjip huwa ta’ firxa wiesgħa ħafna. Dan ghaliex fl-aħħar mill-aħħar l-impatt ma’ jieqafx biss fuq dawk li jpejjpu, imma wkoll fuq tal-familja, il-komunita’, l-ammont ta’ produttivita’ fid-dinja tax-xoghol, l-impieg fih innifsu u s–sistema tas-saħħa. Dan finalment jirrifletti fuq is-soċjeta’ u fuq l-infieq ġenerali ta’ pajjizna, li jolqot direttament liċ-ċittadini Maltin mingħajr distinzjoni ta’ xejn. Din hija r-raġuni għax il-Ministeru tas-Saħħa u l-Politika Soċjali jindirizza din il-problema minn kull angolu possibbli. |
| It-tipjip ġewwa pajjiżna kien, | għadu u jibqa’ aspett important minħabba l-konsegwenzi koroħ li huma marbutin miegħu. Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa dejjem għamel l-almu tiegħu kollu biex iħares lejn l-impatt tat-tipjip b’mod miftuħ. Dan inkorpora kemm l-aspett legislattiv kif ukoll aspetti oħra, bil-għan li jeduka, jinforma u jipproteġi s-saħħa tal-poplu Malti kollu. Kienet is-sena 1986 meta pajjiżna ħa l-inizjattiva qabel pajjiżi oħra u ġiet introdotta l-liġi kontra t-tipjip. |
| Il-bżonn li jkun hemm ambjent | ħieles mit-tipjip huwa dritt fundamentali tal-bniedem u għalhekk il-gvern għamel il-liġi biex jipproteġi lil dawk li ma jpejjpux. Dan minħabba l-fatt li hemm evidenza li turi li t-tipjip imsejjaħ passiv, ipoġġi fil-periklu wkoll lil dawk li ma jpejjpux. Dawk l-individwi li jagħżlu li ma jpejjpux għandhom id-dritt li jkollhom ambjent nadif. Minn studji lokali huwa ndikat li wieħed f’kull erba’ persuni jpejpu. Jekk tapplika din iċ-ċifra, 300,000 persuna Maltija tista’ tkun qiegħda ssofri l-konsegwenzi ta’ tipjip indirett. |
| Din il-ligi ħolqot għarfien sħiħ | mal-pubbliku dwar il-ħsara li jagħmel it-tipjip, u llum dan m’għadux xi ħaġa li l-pubbliku ġenerali jieħu gost biha! Barra l-liġi fost affarijiet oħra, fis-sena 1994 ġie wkoll introdott is-servizz ta’ għajnuna minn fuq it-telefon għal dawk li jridu jieqfu. |
| lI-kampanji li jagħmel id-Dipartiment | huma fundamentali sabiex jinkoraġġixxu lill-pubbliku biex jieqaf ipejjep. Wasal iż-żmien ukoll li nippreparaw ħalli nintroduċu l-istampi grafiki bil-kulur fuq il-prodotti tat-tabakk. Dawn l-inizjattivi fost oħrajn ser ikunu parti minn strateġija wiesgħa biex ikunu elenkati l-bżonnijiet tal-poplu Malti f’dak li jirrigwarda l-vizzju tat-tipjip. |
| It-tabakk jibqa’ dejjem | aspett li għandu jingħata importanza maġġura madwar id-dinja kollha, u f’dan ir-rigward Malta mhix eċċezzjoni. Huwa importanti li kontinwament nibqgħu nsostnu u noħolqu aktar kuxjenza dwar l-impatt qawwi li t-tipjip għandu fuq is-saħħa tal-bniedem. Dan nibqgħu nagħmluh biex forsi sa fl-aħħar nilħqu l-għanijiet li rridu naslu għalihom, fejn il-konsum tat-tabakk jonqos drastikament. |
| L-importanza tal-istil ta’ ħajja | li ngħixu qatt ma jista’ jiġi enfasizzat biżżejjed! Il-ħxuna żejda, it-tipjip u n-nuqqas ta’ eżerċizzju huma kollha fatturi li jfissru nuqqas fl-istennija tal-ħajja u nuqqas fil-kwalita’ tal-ħajja li ngħixu. Dan kollu qegħdin nisħquh b’kampanji edukattivi bix-xogħol eċċellenti li qed jagħmel id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard. |
| Qegħdin insegwu politika li | tħares mhux biss lejn l-ispiża u lejn l-effiċjenza iżda wkoll lejn il-dinjita’ sħiħa tal-persuna umana u nafu li għad hemm titjib li jrid isir biex nilħqu l-miri tagħna f’dan il-qasam. Madankollu, jekk aħna nixtiequ verament nassiguraw li l-livell għoli ta’ saħħa jinzamm u anki jitjieb, li wieħed jinvesti biss fis-servizzi tas-saħħa mħux bizzejjed. Irridu wkoll niftakru li dawk kollha li jpejpu għandhom ukoll l-ewwel u qabel kollox ikunu responsabbli u jieħdu ħsieb tagħhom infushom huma, b’mod specjali fejn jidħol il-vizzju tat-tipjip. Aħna konvinti li dak kollu li qed ninvestu fis-settur biex jonqos it-tipjip huwa investiment kbir fis-saħħa tal-poplu tagħna. |
| Jiena minn qalbi nixtieq | nirringrazzja lil kull min ta sehem u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor, qegħdin jimpenjaw ruħhom kuljum biex ikomplu jtejjbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu Malti kollu. L-għan tagħna hu li l-poplu tagħna jibqa’ b’saħħtu kemm jista’ jkun fit-tul. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en