Left arrow Mur Lura

FESTIVAL TAĊ-ĊIKKULATA FIL-ĦAMRUN

pr1804
Date Icon 19/10/2009
Nhar is-Sibt 24 ta Ottubru serjittella’ għall-ewwel darba f’Malta Festival taċ- Ċikkulata. Il-festival ser isir fil-Ħamrun u ser ikun organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, u bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu.
Meta kien qed jitkellem waqtit-tnedija ta’ dan il-festival, is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li permezz tal-iskema ta’ fondi biex tgħin lill-Kunsilli Lokali jtellgħu attivitajiet kulturali, qed jiddaħlu fil-kalendarju tagħna ħafna attivitajiet ġodda u innovattivi li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Dawn l-attivitajiet, imtellgħin kważi kull ġimgħa, qed jagħtu l-possibilità lill-familji biex jiċċelebraw tmiem il-ġimgħa f’diversi lokalitajiet b’attivitajiet varji.
Il-Festival taċ-Ċikkulata serjittella’ fit-toroq ewlenin tal-Ħamrun - wara l-għassa tal-Ħamrun (fejn hemm il-kwartieri tal-Iscouts) u wara l-Knisja tal-Kunċizzjoni.  F’atmosfera ta’ festa mdawla ser ikun hemm diversi attivitajiet konnessi maċ-ċikkulata u oġġetti magħmulin minnha, fosthom skulturi, cocktails, mudell kbir ta’ ferrovija, wirjiet ta’ tisjir u krafts, prodotti ġodda taċ-ċikkulata, ħelu, pasti, ħobż, kejkijiet, ġelati u ħafna aktar tipi ta’ ikel preparati biċ-ċikkulata.

Il-Festival jibda fis-7.00pm.  Fost l-attrazjonijet uniċi ser ikun hemm tagħrif u sezzjonijiet dwar l-użu taċ-ċikkulata fil-qasam tas-sbuħija, esebizzjoni ta’ kontenituri taċ-ċikkulata ta’ l-era tar-regina Vittorja, u re-enactment fejn se tiġi servuta xarba oriġinali taċ-ċikkulata lill-Gran Mastru Perellos, kif  kienet tiġi servuta fis-seklu tmintax.

Ma’ dawn ma jonqosx ukolldivertiment bil-parteċipazzjoni ta’ mużiċisti, kantanti, żfin u marċi. Ser ikun hemm  ukoll żona għat-tfal fejn jistgħu jilagħbu u jiddevertu.  L-aspett filantropiku ukoll ser jintlaħaq waqt dan il-festival, permezz ta’ bar li l-qliegħ minnhu jmur għal ‘Puttinu Cares’.
Għall-konvenjenza tal-pubbliku,il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun qed javża biex dawk kollha li ser jattendu għal din l-attività jużaw is-servizz tal-Park & Ride li se jahdem b’mod regolari mingħajr ħlas mill-Furjana (Park & Ride) sa ħdejn Pjazza San Pawl fil-Ħamrun.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow