FESTIVAL TAĊ-ĊIKKULATA FIL-ĦAMRUN
pr1804
19/10/2009
| Nhar is-Sibt 24 ta Ottubru ser | jittella’ għall-ewwel darba f’Malta Festival taċ- Ċikkulata. Il-festival ser isir fil-Ħamrun u ser ikun organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u l-Informazzjoni, u bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu. |
| Meta kien qed jitkellem waqt | it-tnedija ta’ dan il-festival, is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li permezz tal-iskema ta’ fondi biex tgħin lill-Kunsilli Lokali jtellgħu attivitajiet kulturali, qed jiddaħlu fil-kalendarju tagħna ħafna attivitajiet ġodda u innovattivi li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Dawn l-attivitajiet, imtellgħin kważi kull ġimgħa, qed jagħtu l-possibilità lill-familji biex jiċċelebraw tmiem il-ġimgħa f’diversi lokalitajiet b’attivitajiet varji. |
| Il-Festival taċ-Ċikkulata ser | jittella’ fit-toroq ewlenin tal-Ħamrun - wara l-għassa tal-Ħamrun (fejn hemm il-kwartieri tal-Iscouts) u wara l-Knisja tal-Kunċizzjoni. F’atmosfera ta’ festa mdawla ser ikun hemm diversi attivitajiet konnessi maċ-ċikkulata u oġġetti magħmulin minnha, fosthom skulturi, cocktails, mudell kbir ta’ ferrovija, wirjiet ta’ tisjir u krafts, prodotti ġodda taċ-ċikkulata, ħelu, pasti, ħobż, kejkijiet, ġelati u ħafna aktar tipi ta’ ikel preparati biċ-ċikkulata. |
Il-Festival jibda fis-7.00pm. Fost l-attrazjonijet uniċi ser ikun hemm tagħrif u sezzjonijiet dwar l-użu taċ-ċikkulata fil-qasam tas-sbuħija, esebizzjoni ta’ kontenituri taċ-ċikkulata ta’ l-era tar-regina Vittorja, u re-enactment fejn se tiġi servuta xarba oriġinali taċ-ċikkulata lill-Gran Mastru Perellos, kif kienet tiġi servuta fis-seklu tmintax.
| Ma’ dawn ma jonqosx ukoll | divertiment bil-parteċipazzjoni ta’ mużiċisti, kantanti, żfin u marċi. Ser ikun hemm ukoll żona għat-tfal fejn jistgħu jilagħbu u jiddevertu. L-aspett filantropiku ukoll ser jintlaħaq waqt dan il-festival, permezz ta’ bar li l-qliegħ minnhu jmur għal ‘Puttinu Cares’. |
| Għall-konvenjenza tal-pubbliku, | il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun qed javża biex dawk kollha li ser jattendu għal din l-attività jużaw is-servizz tal-Park & Ride li se jahdem b’mod regolari mingħajr ħlas mill-Furjana (Park & Ride) sa ħdejn Pjazza San Pawl fil-Ħamrun. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en