Left arrow Mur Lura

JUM DUN KARM

pr1803
Date Icon 19/10/2009

JUM DUN KARM

L-Erbgħa 21 ta’ Ottubru 2009

PROGRAMM

Kumitat għall-Festi Nazzjonali b’kollaborazzjoni

                mad-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni

8.30 amL-istudenti akkumpanjati mill-għalliema tagħhom jiltaqgħu fl-Iskola Primarja tal-Furjana
8.40 amJifforma l-korteo
8.45 amJasal l-Onor. Clyde Puli, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport
8.50 amJitlaq il-korteo mill-iskola tal-Furjana sakemm jasal ħdejn il-monument ta’ Dun Karm
9.10 amL-istudenti jiġu skjerati madwar il-monument ta’ Dun Karm

9.15am

  • Kant tal-Innu ta’ Filgħodu mill-kor tat-tfal tal-Iskola Primarja tal-Furjana

  • Kelmtejn mis-Sur David Agius Muscat, Uffiċjal tal-Edukazzjoni għall-Malti

  • Qari ta’ poeżiji u ta’ bijografija qasira ta’ Dun Karm

  • Tqegħid ta’ fjuri mal-monument

  • Kelmtejn mill-Onor. Clyde Puli

  • Kant tal-Innu Nazzjonali

DUN KARM

Dun Karm twieledĦaż-Żebbuġ fit-18 ta’ Ottubru tal-1871. Ommu u missieru kienu Żebbuġin u wlied ir-raba’. Filwaqt li ommu kienet mara tad-dar, missieru kien baħri u għalhekk Dun Karm ma setax iqatta’ ħin twil miegħu.
L-ewwel skola ta’Dun Karm kienet l-Iskola Primarja tal-Gvern ta’ Ħaż-Żebbuġ. Għalih dan kien l-isbaħ żmien, tifel mibrum u mimli saħħa. Wara daħal dritt is-Seminarju u minn hemm, ta’ 23 sena, ħareġ qassis. Barra li kien qassis, Dun Karm kien għalliem. Kien għalliem dħuli u fuq tiegħu u waqt il-ħin tal-mistrieħ kien iħobb jaqbad il-mandolina u joqgħod idoqqha.
Għalkemm f’dinil-ħabta Dun Karm kien beda jikteb xi poeżiji bit-Taljan, il-bidu l-kbir tiegħu bħala poeta seħħ meta kellu 41 sena.
Għodwa waħda, żewġkittieba, il-Monsinjur Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi, iltaqgħu ma’ Dun Karm il-Belt. Qalulu li huma kellhom jibdew joħorġu gazzetta bil-Malti, Il-Ħabib, u stidnuh biex jiktbilhom xi poeżija sabiħa bil-Malti għall-ewwel ħarġa.
Għalkemm Dun Karmminn dejjem kien iħobb il-lingwa tagħna, huwa kien għadu jikteb poeżiji bit-Taljan biss. Għall-ewwel ħabat se jaqta’ qalbu, imma mbagħad niżel għarkopptejh quddiem inkwatru tal-Madonna li kellu f’kamartu u talabha biex tgħinu. Dik il-lejla stess, fl-1912, Dun Karm ta’ 41 sena kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti u semmieha: Quddiem Xbieha tal-Madonna.
Minn dakinhar ’lhawn, Dun Karm beda jikteb ħafna poeżiji bil-Malti. Fosthom insibu l-Innu ta’ Filgħodu (Reġa’ sebaħ …), l-Innu ta’ Filgħaxija(Riesaq il-lejl Mulejja …), Innu lill-Madonna (Fil-ħlewwa ta’ Mejju …) u fuq kollox l-Innu Malti u għadd kbir ta’ poeżiji sbieħ fuq pajjiżna li wassluh biex ikun magħruf il-Poeta Nazzjonali.
DunKarm għex ħajja kwieta u waħdu. Għal xi żmien l-uniku ħabib li kellu kien daqsxejn ta’ għasfur lelluxi li għalih kiteb il-poeżija Lill-Kanarin tiegħi. Dun Karm baqa’ dejjem mimli bi ħsibijiet kbar u bi mħabba safja lejn il-lingwa tagħna sakemm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961, meta kellu kważi 90 sena.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow