JUM DUN KARM
pr1803
19/10/2009
JUM DUN KARM
L-Erbgħa 21 ta’ Ottubru 2009
PROGRAMM
Kumitat għall-Festi Nazzjonali b’kollaborazzjoni
mad-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
| 8.30 am | L-istudenti akkumpanjati mill-għalliema tagħhom jiltaqgħu fl-Iskola Primarja tal-Furjana |
| 8.40 am | Jifforma l-korteo |
| 8.45 am | Jasal l-Onor. Clyde Puli, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport |
| 8.50 am | Jitlaq il-korteo mill-iskola tal-Furjana sakemm jasal ħdejn il-monument ta’ Dun Karm |
| 9.10 am | L-istudenti jiġu skjerati madwar il-monument ta’ Dun Karm |
9.15am
Kant tal-Innu ta’ Filgħodu mill-kor tat-tfal tal-Iskola Primarja tal-Furjana
Kelmtejn mis-Sur David Agius Muscat, Uffiċjal tal-Edukazzjoni għall-Malti
Qari ta’ poeżiji u ta’ bijografija qasira ta’ Dun Karm
Tqegħid ta’ fjuri mal-monument
Kelmtejn mill-Onor. Clyde Puli
Kant tal-Innu Nazzjonali
DUN KARM
| Dun Karm twieled | Ħaż-Żebbuġ fit-18 ta’ Ottubru tal-1871. Ommu u missieru kienu Żebbuġin u wlied ir-raba’. Filwaqt li ommu kienet mara tad-dar, missieru kien baħri u għalhekk Dun Karm ma setax iqatta’ ħin twil miegħu. |
| L-ewwel skola ta’ | Dun Karm kienet l-Iskola Primarja tal-Gvern ta’ Ħaż-Żebbuġ. Għalih dan kien l-isbaħ żmien, tifel mibrum u mimli saħħa. Wara daħal dritt is-Seminarju u minn hemm, ta’ 23 sena, ħareġ qassis. Barra li kien qassis, Dun Karm kien għalliem. Kien għalliem dħuli u fuq tiegħu u waqt il-ħin tal-mistrieħ kien iħobb jaqbad il-mandolina u joqgħod idoqqha. |
| Għalkemm f’din | il-ħabta Dun Karm kien beda jikteb xi poeżiji bit-Taljan, il-bidu l-kbir tiegħu bħala poeta seħħ meta kellu 41 sena. |
| Għodwa waħda, żewġ | kittieba, il-Monsinjur Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi, iltaqgħu ma’ Dun Karm il-Belt. Qalulu li huma kellhom jibdew joħorġu gazzetta bil-Malti, Il-Ħabib, u stidnuh biex jiktbilhom xi poeżija sabiħa bil-Malti għall-ewwel ħarġa. |
| Għalkemm Dun Karm | minn dejjem kien iħobb il-lingwa tagħna, huwa kien għadu jikteb poeżiji bit-Taljan biss. Għall-ewwel ħabat se jaqta’ qalbu, imma mbagħad niżel għarkopptejh quddiem inkwatru tal-Madonna li kellu f’kamartu u talabha biex tgħinu. Dik il-lejla stess, fl-1912, Dun Karm ta’ 41 sena kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti u semmieha: Quddiem Xbieha tal-Madonna. |
| Minn dakinhar ’l | hawn, Dun Karm beda jikteb ħafna poeżiji bil-Malti. Fosthom insibu l-Innu ta’ Filgħodu (Reġa’ sebaħ …), l-Innu ta’ Filgħaxija(Riesaq il-lejl Mulejja …), Innu lill-Madonna (Fil-ħlewwa ta’ Mejju …) u fuq kollox l-Innu Malti u għadd kbir ta’ poeżiji sbieħ fuq pajjiżna li wassluh biex ikun magħruf il-Poeta Nazzjonali. |
| Dun | Karm għex ħajja kwieta u waħdu. Għal xi żmien l-uniku ħabib li kellu kien daqsxejn ta’ għasfur lelluxi li għalih kiteb il-poeżija Lill-Kanarin tiegħi. Dun Karm baqa’ dejjem mimli bi ħsibijiet kbar u bi mħabba safja lejn il-lingwa tagħna sakemm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961, meta kellu kważi 90 sena. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en