IL-QAGĦDA FINANZJARJA TAL-ISTATI MEMBRI U L-BIDLA TAL-KLIMA FL-AĠENDA TAL-ECOFIN FIL-LUSSEMBURGU
pr1802
19/10/2009
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | Investiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal-Lussemburgu, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). |
| L-Onor. Tonio Fenech huwa akkumpanjat mill-Kap | tar-Rappreżentanza ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri. |
| Fi kliem il-Presidenza Svediża, “il-kriżi | ekonomika u l-miżuri estensivi tal-politika finanzjarja poġġew pressjoni qawwija fuq il-finanzi pubbliċi”. Għalhekk, waqt il-laqgħa tal-ECOFIN, il-membri tal-Kunsill se jiddiskutu fuq kif il-finanzi pubbliċi jistgħu jerġgħu jitpoġġew fuq bażi sostenibbli fuq medda itwal ta’ żmien. Il-Presidenza Svediża kienet poġġiet il-proposta ta’ exit strategies, jiġifieri t-tnaqqis gradwali fl-interventi mogħtija mill-Istati Membri fil-qafas tal-kriżi ekonomika u internazzjonali, waqt l-aħħar ECOFIN informali li sar f’Goteborg, fl-Isvezja. |
| Fost il-punti l-oħra fuq l-aġenda | tal-Ministri tal-Finanzi Ewropej hemm it-tkomplija tad-diskussjonijiet dwar l-investimenti finanzjarji meħtieġa fil-ġlieda kontra l-bidla tal-klima. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en