Left arrow Mur Lura

L-UNIVERSITÁ GĦAT-TIELET ETA’ F’GĦAWDEX

pr1801
Date Icon 19/10/2009
Għadu kif ingħata bidu għal kors ieħortal-U3E f’Għawdex. Dan il-kors huwa mmirat għal persuni rġiel u nisa li għandhom sittin sena jew aktar u qed jiġi kkordinat għal ħdax-il sena konsekuttiva fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.
Matul dawn is-snin l-attendenza varjat minn35 sa ‘l fuq minn 40 persuna kull sena. Għas-sena akkademika 2009-2010, ġew milqugħa 43 applikazzjoni minn persuni Għawdxin li huma nteressati li jattendu dan il-kors.
Il-lezzjonijiet jiġu organizzati kull nhar ta’Ġimgħa fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani f’Għajnsielem u darba kull erba’ ġimgħat il-lezzjonijiet isiru fil-Campus tal-Università f’Għawdex. Il-kors jinqasam f’żewġ semestri, bis-suġġetti matul l-ewwel semstru ta’ din is-sena jiffukaw fuq in-nutrizzjoni u l-iġjene marbuta ma’ l-ikel. Esperti mill-oqsma relatati jiġu mistiedna biex jitkellmu fuq it-temi magħżula filwaqt li matul il-kors jiġu organizzati wkoll laqgħat soċjali għall-grupp li jkun qed jattendi.
Dan il-kors qed jiġi koordinat mis-Sezzjonigħall-Anzjani u Bżonnijiet Speċjali fid-Dipartiment tal-Customer Services fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Din is-sezzjoni tikkoordina wkoll għajnuna lill-anzjani fid-djar tagħhom, is-servizzi tal-meals-on-wheels u l-handyman, kif ukoll l-attivitajiet fiċ-ċentru ta’ matul il-jum. Dawn is-servizzi jiffaċilitaw il-ħajja għal bosta anzjani Għawdxin biex ikunu jistgħu jkomplu jgħixu ħajja normali fi ħdan il-komunità tagħhom.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor GiovannaDebono, attendiet għall-ewwel sessjoni ta’ din is-sena fejn ġiet iċċelebrata Quddiesa mill-Arċipriet tal-Qala, Mons. Joseph Zammit u wara saret laqgħa ta’ introduzzjoni għal dawk li ser jibdew il-kors ta’ din is-sena. Il-Ministru esprimiet is-sodisfazzjon għall-parteċipazzjoni inkoraġġanti li kien hemm għal dan il-kors matul is-snin, u sostniet l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex biex jibqa’ jipprovdi servizzi u faċilitajiet li jippromwovu edukazzjoni u stil ta’ hajja b’saħħitha għal matul il-ħajja.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-Uffiċċjutal-Kura ta’ l-Anzjani fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fuq numri: 21563043, 21557661 u 21565248.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow