TIBDA L-INIZJATTIVA ‘LOKALITAJIET INDAF’
pr1799
19/10/2009
| Nhar is-Sibt 17 ta' Ottubru 2009, fix-Xagħra, | Għawdex, tkompliet il-kampanja edukattiva favur lokalitajiet indaf fil-preżenza ta’ l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Din il-kampanja li fiha qed jipparteċipaw 58 Kunsill Lokali, qed titmexxa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni bl-assistenza tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. |
| Permezz ta’ din l-inizjattiva, li ser tkompli | tqajjem kuxjenza favur il-ħarsien tal-ambjent, dawk il-Kunsilli Lokali ppremjati għall-indafa tagħhom, ser jirċievu €60,000. |
| Għall-attività fix-Xagħra, Għawdex, kienu | preżenti tfal li jattendu fin-nursery tax-Xaghra United Football Club u x-Xaghra Scouts Group. L-Onor. Chris Said ippreżenta numru ta' fuljetti edukattivi ‘Nipproteġu l-Ambjent ta' Madwarna’ lill-istudenti tal-klabb tal-futbol u lill-iscouts sabiex dawn iqassmuhom fir-residenzi kollha tax-Xagħra, bil-għan li jxerrdu aktar tagħlim edukattiv dwar il-ħtieġa li r-residenti jipproteġu l-ambjent ta' madwarhom. Ir-residenti qed jiġu mħeġġa wkoll jisseparaw l-iskart u jagħtu iktar attenzjoni biex jipproteġu l-ambjent. |
| Is-Segretarju Parlamentari enfasizza li l-Kunsilli | Lokali għandhom jaraw li jħaddmu sistema effettiva ta’ separazzjoni ta’ skart fil-lokalitajiet tagħhom. Il-Gvern qiegħed jinċentiva lill-Kunsilli Lokali biex jarmu inqas skart fil-miżbla tal-Għallis u b’hekk jibqgħalhom iktar fondi minn dawk li jkun għaddielhom il-Gvern għar-rimi tal-iskart biex jintużaw fi proġetti ta’ tisbiħ fil-lokalità. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en