INAWGURATA SALA ĠDIDA FL-ISKOLA TA’ MARSAXLOKK.
pr1798
19/10/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport, Dolores Cristina inawgurat sala ġdida fl-iskola Primarja ta’ Marsaxlokk li barra milli tintuża mill-istudenti ta’ din l-iskola se jkun jista’ jsir użu minnha mill-komunità Xlukkajra. |
| Is-sala, li nbniet mill-Fondazzjoni | għall-Iskejjel ta’ Għada, imliet vojt li kien ilu jinħass kemm fl-iskola nnifisha kif ukoll f’dan ir-raħal. |
| Fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sala, ħadu sehem | l-istudenti kollha li jattendu din l-iskola, minn dawk fil-Kindergarten sa dawk tal-ħames sena, li bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom fi żmien qasir, irnexxielhom jippreparaw programm varjat u interessanti li eżegwew fil-preżenza ta’ uffiċjal tal-Ministeru u d-Direttorat tal-Edukazzjoni, tas-Sindku, il-Kappillan u l-ġenituri tal-istess tfal. |
| F’kelmtejn li għamlet, il-Ministru | tal-Edukazzjoni saħqet fuq il-ħtieġa tal-edukazzjoni sħiħa għat-tfal tagħna, biex jiżviluppaw il-personalità tagħhom u jiksbu ħiliet li se jkollhom bżonn tul ħajjithom. |
| Il-Ministru qalet li fir-reviżjoni tal-kurrikulu | nazzjonali, se jingħata aktar spazju u ħin għal attivitajiet bħalma huma d-drama, il-kant u attivitajiet oħra li huma meħtieġa għall-iżvilupp sħiħ tat-tfal. |
| Din | is-sala, li għandha palk attrezzat b’apparat u dwal moderni, bi ftehim mal-Kap tal-Iskola, jista’ jsir użu minnha mill-komunità ta’ Marasxlokk u l-Ministru Cristina ħeġġet lill-membri tal-komunità biex jagħmlu użu minnha. |
| Il-Ministru rringrazzjat lill-għalliema u | l-amministraturi li jaħdmu f’din l-iskola kif ukoll il-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada għall-ħidma li qed iwettqu fl-interess tat-tfal Maltin u Għawdxin. |
| Fiċ-ċerimonja tkellmu wkoll Ms. Micheline | Sciberras, Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi u s-Sur Ray Fenech, Chairman tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en