Left arrow Go Back

INAWGURATA SALA ĠDIDA FL-ISKOLA TA’ MARSAXLOKK.

pr1798
Date Icon 19/10/2009
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport, Dolores Cristina inawgurat sala ġdida fl-iskola Primarja ta’ Marsaxlokk li barra milli tintuża mill-istudenti ta’ din l-iskola se jkun jista’ jsir użu minnha mill-komunità Xlukkajra.
Is-sala, li nbniet mill-Fondazzjonigħall-Iskejjel ta’ Għada, imliet vojt li kien ilu jinħass kemm fl-iskola nnifisha kif ukoll f’dan ir-raħal.
Fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sala, ħadu seheml-istudenti kollha li jattendu din l-iskola, minn dawk fil-Kindergarten sa dawk tal-ħames sena, li bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom fi żmien qasir, irnexxielhom jippreparaw programm varjat u interessanti li eżegwew fil-preżenza ta’ uffiċjal tal-Ministeru u d-Direttorat tal-Edukazzjoni, tas-Sindku, il-Kappillan u l-ġenituri tal-istess tfal.
F’kelmtejn li għamlet, il-Ministrutal-Edukazzjoni saħqet fuq il-ħtieġa tal-edukazzjoni sħiħa għat-tfal tagħna, biex jiżviluppaw il-personalità tagħhom u jiksbu ħiliet li se jkollhom bżonn tul ħajjithom.
Il-Ministru qalet li fir-reviżjoni tal-kurrikulunazzjonali, se jingħata aktar spazju u ħin għal attivitajiet bħalma huma d-drama, il-kant u attivitajiet oħra li huma meħtieġa għall-iżvilupp sħiħ tat-tfal.
Dinis-sala, li għandha palk attrezzat b’apparat u dwal moderni, bi ftehim mal-Kap tal-Iskola, jista’ jsir użu minnha mill-komunità ta’ Marasxlokk u l-Ministru Cristina ħeġġet lill-membri tal-komunità biex jagħmlu użu minnha.
Il-Ministru rringrazzjat lill-għalliema ul-amministraturi li jaħdmu f’din l-iskola kif ukoll il-ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada għall-ħidma li qed iwettqu fl-interess tat-tfal Maltin u Għawdxin.
Fiċ-ċerimonja tkellmu wkoll Ms. MichelineSciberras, Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi u s-Sur Ray Fenech, Chairman tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow