Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA, WAQT KONFERENZA ORGANIZZATA MILL-MALTA MIDWIVES ASSOCIATION BIT-TEMA ‘IT-TWELID: IL-KURA MGĦOTIJA MATUL IT-TQALA U L-ĦLAS, NAĦDMU LKOLL FLIMKIEN BIEX INSAĦĦU L-KURA TAN-NISA’ – SAN GILJAN

pr1797
Date Icon 19/10/2009

Mistiedna Distinti, Merħba,

Huwa ta’ unur kbir għalija li ġejt mistiedenhawn llum biex niftaħ din il-konferenza, intitolata ‘It-twelid: Il-kura mgħotija matul it-tqala u l-ħlas, naħdmu llkoll flimkien biex nsaħħu l-kura tan-nisa ’.
Jekk immorru lura fiż-żmien il-‘midwife’ jewkif kienet magħrufa aħjar qabel bħala ‘l-qabla’ jew ‘il-majjistra’, minn dejjem kellha rwol importanti fis-soċjeta’ fejn tidħol il-kura tas-saħħa tal-mara u tat-tarbija. Il-maġġoranza tat-twelid kien isir fid-djar tan-nies fejn il-persuna responsabbli tul it-tqala, waqt it-twelid u wara t-twelid, kien kollu f’idejn ‘il-majjistra’.
Ma’ l-avvanz tat-teknologija, it-twelid bedajsir ġewwa l-isptar. Waqt li wieħed ma jistax ma jsemmix il-benefiċċji li dan ġab miegħu, speċjalment fejn jidħol it-tnaqqis fir-rata ta’ mwiet u tfal b’diżabilita’, dan l-avvanz ħalla impatt qawwi fuq ir-rwol tal-‘midwife’.
Aktar ma qiegħed jgħaddi ż-żmien, il-mod ta’kif aħna nħarsu lejn il-proċess tat-twelid qiegħed jinbidel u sirna nħarsu lejn dan il-proċess minn aspett mediku għal aħħar. Naħseb li lkoll naqblu li fejn u meta hu possibbli, m’hawnx isbaħ minn twelid naturali fejn inħallu n-natura tieħu l-kors tagħha. Fost in-numru ta’ benefiċċji marbuta mat-twelid normali wieħed ta’ min isemmi li:
• meta mara jkolla ħlas normali hija tkuntista’ tieħu ħsieb tat-tarbija tagħha aktar malajr,

• in-numru ta’ komplikazzjonijiet jonqsu,

• hemm iktar ċans li tqabbad it-tarbijamas-sider, kemm jista’ jkun eżatt wara t-twelid tat-tarbija, u
• fiżikament l-omm terġa’ tirkupra aktarmalajr.
Barra min hekk, mara li twelled normali ftitli xejn ikollha bżonn tqatta’ ħin l-isptar. It-tqala barra li ġġib ferħ kbir għal kull koppja, tista’ tkun ukoll żmien ta’ biża’, inċertezzi u ħafna mistoqsijiet. Dawn il-fatturi għandhom jiġu lkoll indirizzati minn nies professjonisti fil-qasam konċernat bħal ma huma l-‘midwives’.
Il-‘midwife’ hija l-aktar persuna adattatabiex tieħu ħsieb l-omm u t-tarbija. Ir-rwol tagħha jibda minn qabel it-tqala billi toffri informazzjoni professjonali dwar kif tipprepara bl-aktar mod adattat għat-tqala. Il-‘midwife’ hija kwalifikata biżżejjed biex tieħu ħsieb nisa tqal li ma jkollomx kumplikazzjonijiet fit-tqala tagħhom, tattendi għall-ħlas u tieħu ħsieb il-kura tal-mara u t-tarbija wara t-twelid.
Ghalhekk ġejna hawn illum biex flimkieninsaħħu l-għarfien tagħna rigward kif nistgħu nagħmlu aċċess aħjar minn informazzjoni u servizzi li jeżistu u qegħdin jiġu offruti bħalma huma fost oħrajn il-‘Breastfeeding Walking Clinic’ u l- ‘Parentcraft Department’.
Li nsaħħu l-għarfien u l-edukazzjoni pubblikajibqa’ fatt importanti ħafna biex hekk l-omm u l-missier, wara li jkunu kisbu kull informazzjoni meħtiega minn nies professjonali fil-qasam konċernat, jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni xierqa.
Huwa dritt ta’ kull omm li tkun partiċipantaattiva fil-kura u d-deċizjonijiet li jittieħdu. Bħala professjonisti qed nagħmlu l-almu tagħna biex naraw li ħallejna l-ħin addattat biex nisimgħu l-mistoqsijiet li kull koppja għandha dritt tistaqsi, għaliex qatt m’għandna nassumu li l-koppja li għandna quddiemna fehmet kull ma għidnilha. L-għan hu li nħeġġu lil kull omm li, barra li tkun parteċipanta attiva fid-deċiżjonijiet li ser ikunu jittieħdu u tagħti l-opinjonijiet tagħha, għandha wkoll id-dritt li tistaqsi u tikkjarifika l-biżgħat u l-inċertezzi tagħha, eżempju fejn jidħol il-biża ta’ waqt il-ħlas u wara kif ser jirnexxilha tkampa biex tibda tieħu ħsieb it-tarbija tagħha.
Ir-rwol ta-missier waqt it-tqala, matulil-ħlas u wara t-twelid għandu jingħata aktar importanza u għandna lkoll nagħmlu l-almu tagħna biex il-missier iħossu parti ntegrali mit-‘team’. Hu m’għandux iħossu li qiegħed hemm biss bħala numru. Għandu jagħti s-sehem tiegħu nkluz is-support li tant għandha bżonn kull omm qabel, waqt u wara t-twelid ta’ kull tarbija.
Aspett importanti ieħor li ma rridx ninsansemmi hu l-kura fil-komunita’ speċjalment wara t-twelid. Ma rridux ninsew id-diffikultajiet li tista’ tiffaċja kull omm li issa sabet lilha nnifisha responsabbli minn kreatura umana li hi kompletament dipendenti fuqha. Kull omm tkun tixtieq l-aħjar għat-tarbija tagħha u xi drabi li jigri hu li, tant tkun trid il-ġid lil din it-tarbija li l-omm tista’ ssib lilha nnifisha f’diffikultajiet jekk din ma ssibx l-għajnuna meħtiega mingħand missier it-tarbija, mingħand il-membri familjari u speċjalment mingħand il-professjonisti kkonċernati f’dan il-qasam.
Għalhekk għandna nkomplu naħdmu lkollbis-sħiħ biex niżguraw li jkollna servizzi sodi u aċċessibli fil-komunita’ biex permezz t’hekk, inkunu nistgħu ngħinu lil kull minn qiegħed jiffaċċja diffikultajiet biex ikampa aħjar fil-ħajja ta’ kuljum speċjalment lil dawk l-ommijiet li jkunu telqu mill-isptar u jibdew iħossu li sabu ruħhom waħedhom u ma jafux fejn ser jaqbdu jagħtu rashom, issa li għandhom responsabbilta’ daqshekk kbira fuq spallejhom.
Xi kultant allavolja jkun hemm is-supportneċessarju mingħand tal-familja, dan ma jkunx biżżejjed, imma tkun tenħtieg l-għajnuna professjonali biex wieħed jirnexxilu jegħleb sitwazzjonijiet bħal dawn. Għalhekk għandna nkomplu nedukaw lill-pubbliku u noffrulu l-informazzjoni meħtieġa biex meta xi ħadd isib ruħu f’sitwazzjonijiet difficli, jkun jaf fejn għandu jmur għall-għajnuna meħtieġa u permezz t’hekk, nevitaw aktar kumplikazzjonijiet.
Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li qiegħed naranumru ta’ parteċipanti daqstant tajjeb għax dan juri li hawn ċertu sens ta’ entużjażmu li wieħed ikompli jżid l-għarfien tiegħu biex ikun kapaċi jieħu deċizjonijiet aħjar għal ħajtu.
Filwaqt li ser inħalli f’idejn il-kelliema liser ikomplu jiddiskutu aktar fuq l-għan ta’ dan is-seminar, li fost oħrajn hu li naħdmu sabiex ikollna aktar ħlas normali, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nirringrazzjakom talli għoġobkom tattendu għal dan is-seminar u barra li jiena ċert li ser issibuh ta’ nteress kbir, nixtieq nawguralkom bis-sħiħ għat-tqala tagħkom. Grazzi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow