DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA, WAQT KONFERENZA ORGANIZZATA MILL-MALTA MIDWIVES ASSOCIATION BIT-TEMA ‘IT-TWELID: IL-KURA MGĦOTIJA MATUL IT-TQALA U L-ĦLAS, NAĦDMU LKOLL FLIMKIEN BIEX INSAĦĦU L-KURA TAN-NISA’ – SAN GILJAN
pr1797
19/10/2009
Mistiedna Distinti, Merħba,
| Huwa ta’ unur kbir għalija li ġejt mistieden | hawn llum biex niftaħ din il-konferenza, intitolata ‘It-twelid: Il-kura mgħotija matul it-tqala u l-ħlas, naħdmu llkoll flimkien biex nsaħħu l-kura tan-nisa ’. |
| Jekk immorru lura fiż-żmien il-‘midwife’ jew | kif kienet magħrufa aħjar qabel bħala ‘l-qabla’ jew ‘il-majjistra’, minn dejjem kellha rwol importanti fis-soċjeta’ fejn tidħol il-kura tas-saħħa tal-mara u tat-tarbija. Il-maġġoranza tat-twelid kien isir fid-djar tan-nies fejn il-persuna responsabbli tul it-tqala, waqt it-twelid u wara t-twelid, kien kollu f’idejn ‘il-majjistra’. |
| Ma’ l-avvanz tat-teknologija, it-twelid beda | jsir ġewwa l-isptar. Waqt li wieħed ma jistax ma jsemmix il-benefiċċji li dan ġab miegħu, speċjalment fejn jidħol it-tnaqqis fir-rata ta’ mwiet u tfal b’diżabilita’, dan l-avvanz ħalla impatt qawwi fuq ir-rwol tal-‘midwife’. |
| Aktar ma qiegħed jgħaddi ż-żmien, il-mod ta’ | kif aħna nħarsu lejn il-proċess tat-twelid qiegħed jinbidel u sirna nħarsu lejn dan il-proċess minn aspett mediku għal aħħar. Naħseb li lkoll naqblu li fejn u meta hu possibbli, m’hawnx isbaħ minn twelid naturali fejn inħallu n-natura tieħu l-kors tagħha. Fost in-numru ta’ benefiċċji marbuta mat-twelid normali wieħed ta’ min isemmi li: |
| • meta mara jkolla ħlas normali hija tkun | tista’ tieħu ħsieb tat-tarbija tagħha aktar malajr, |
• in-numru ta’ komplikazzjonijiet jonqsu,
| • hemm iktar ċans li tqabbad it-tarbija | mas-sider, kemm jista’ jkun eżatt wara t-twelid tat-tarbija, u |
| • fiżikament l-omm terġa’ tirkupra aktar | malajr. |
| Barra min hekk, mara li twelled normali ftit | li xejn ikollha bżonn tqatta’ ħin l-isptar. It-tqala barra li ġġib ferħ kbir għal kull koppja, tista’ tkun ukoll żmien ta’ biża’, inċertezzi u ħafna mistoqsijiet. Dawn il-fatturi għandhom jiġu lkoll indirizzati minn nies professjonisti fil-qasam konċernat bħal ma huma l-‘midwives’. |
| Il-‘midwife’ hija l-aktar persuna adattata | biex tieħu ħsieb l-omm u t-tarbija. Ir-rwol tagħha jibda minn qabel it-tqala billi toffri informazzjoni professjonali dwar kif tipprepara bl-aktar mod adattat għat-tqala. Il-‘midwife’ hija kwalifikata biżżejjed biex tieħu ħsieb nisa tqal li ma jkollomx kumplikazzjonijiet fit-tqala tagħhom, tattendi għall-ħlas u tieħu ħsieb il-kura tal-mara u t-tarbija wara t-twelid. |
| Ghalhekk ġejna hawn illum biex flimkien | insaħħu l-għarfien tagħna rigward kif nistgħu nagħmlu aċċess aħjar minn informazzjoni u servizzi li jeżistu u qegħdin jiġu offruti bħalma huma fost oħrajn il-‘Breastfeeding Walking Clinic’ u l- ‘Parentcraft Department’. |
| Li nsaħħu l-għarfien u l-edukazzjoni pubblika | jibqa’ fatt importanti ħafna biex hekk l-omm u l-missier, wara li jkunu kisbu kull informazzjoni meħtiega minn nies professjonali fil-qasam konċernat, jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni xierqa. |
| Huwa dritt ta’ kull omm li tkun partiċipanta | attiva fil-kura u d-deċizjonijiet li jittieħdu. Bħala professjonisti qed nagħmlu l-almu tagħna biex naraw li ħallejna l-ħin addattat biex nisimgħu l-mistoqsijiet li kull koppja għandha dritt tistaqsi, għaliex qatt m’għandna nassumu li l-koppja li għandna quddiemna fehmet kull ma għidnilha. L-għan hu li nħeġġu lil kull omm li, barra li tkun parteċipanta attiva fid-deċiżjonijiet li ser ikunu jittieħdu u tagħti l-opinjonijiet tagħha, għandha wkoll id-dritt li tistaqsi u tikkjarifika l-biżgħat u l-inċertezzi tagħha, eżempju fejn jidħol il-biża ta’ waqt il-ħlas u wara kif ser jirnexxilha tkampa biex tibda tieħu ħsieb it-tarbija tagħha. |
| Ir-rwol ta-missier waqt it-tqala, matul | il-ħlas u wara t-twelid għandu jingħata aktar importanza u għandna lkoll nagħmlu l-almu tagħna biex il-missier iħossu parti ntegrali mit-‘team’. Hu m’għandux iħossu li qiegħed hemm biss bħala numru. Għandu jagħti s-sehem tiegħu nkluz is-support li tant għandha bżonn kull omm qabel, waqt u wara t-twelid ta’ kull tarbija. |
| Aspett importanti ieħor li ma rridx ninsa | nsemmi hu l-kura fil-komunita’ speċjalment wara t-twelid. Ma rridux ninsew id-diffikultajiet li tista’ tiffaċja kull omm li issa sabet lilha nnifisha responsabbli minn kreatura umana li hi kompletament dipendenti fuqha. Kull omm tkun tixtieq l-aħjar għat-tarbija tagħha u xi drabi li jigri hu li, tant tkun trid il-ġid lil din it-tarbija li l-omm tista’ ssib lilha nnifisha f’diffikultajiet jekk din ma ssibx l-għajnuna meħtiega mingħand missier it-tarbija, mingħand il-membri familjari u speċjalment mingħand il-professjonisti kkonċernati f’dan il-qasam. |
| Għalhekk għandna nkomplu naħdmu lkoll | bis-sħiħ biex niżguraw li jkollna servizzi sodi u aċċessibli fil-komunita’ biex permezz t’hekk, inkunu nistgħu ngħinu lil kull minn qiegħed jiffaċċja diffikultajiet biex ikampa aħjar fil-ħajja ta’ kuljum speċjalment lil dawk l-ommijiet li jkunu telqu mill-isptar u jibdew iħossu li sabu ruħhom waħedhom u ma jafux fejn ser jaqbdu jagħtu rashom, issa li għandhom responsabbilta’ daqshekk kbira fuq spallejhom. |
| Xi kultant allavolja jkun hemm is-support | neċessarju mingħand tal-familja, dan ma jkunx biżżejjed, imma tkun tenħtieg l-għajnuna professjonali biex wieħed jirnexxilu jegħleb sitwazzjonijiet bħal dawn. Għalhekk għandna nkomplu nedukaw lill-pubbliku u noffrulu l-informazzjoni meħtieġa biex meta xi ħadd isib ruħu f’sitwazzjonijiet difficli, jkun jaf fejn għandu jmur għall-għajnuna meħtieġa u permezz t’hekk, nevitaw aktar kumplikazzjonijiet. |
| Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li qiegħed nara | numru ta’ parteċipanti daqstant tajjeb għax dan juri li hawn ċertu sens ta’ entużjażmu li wieħed ikompli jżid l-għarfien tiegħu biex ikun kapaċi jieħu deċizjonijiet aħjar għal ħajtu. |
| Filwaqt li ser inħalli f’idejn il-kelliema li | ser ikomplu jiddiskutu aktar fuq l-għan ta’ dan is-seminar, li fost oħrajn hu li naħdmu sabiex ikollna aktar ħlas normali, nixtieq nagħlaq dan id-diskors billi nirringrazzjakom talli għoġobkom tattendu għal dan is-seminar u barra li jiena ċert li ser issibuh ta’ nteress kbir, nixtieq nawguralkom bis-sħiħ għat-tqala tagħkom. Grazzi. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en