Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-ministeru tal infrastruttura, trasport u kommunikazzjoni

pr1795
Date Icon 18/10/2009
Fil-leġiżlatura li għaddiet il-Gvern kien għamelstedina uffiċjali lill-Oppożizzjoni Laburista biex tinnomina espert tal-fiduċja tagħha biex ikun fil-Fuel Procurement Advisory Committee, iżda l-Oppożiżżjoni dejjem irrifjutat. Joe Muscat stess personalment irrifjuta stedina personali li saritlu mill-Ministru Gatt biex l-Enemalta tgħamillu preżentazzjoni dettaljata u tweġiblu l-mistoqsijiet tiegħu kollha dwar ix-xiri taż-żejt.
Il-Kapta’ l-Oppożizzjoni Joseph Muscat imissu jaf b’dan u ma jistax jakkuża l-Gvern li ħbielu x’jiġri fix-xiri taż-żejt meta l-Oppożizzjoni kienet abdikat minn din il-parteċipazzjoni.
Barraminn hekk qatt ma kien hemm mistoqsijiet li saru lill-Ministeru jew lill-Enemalta dwar dan is-suġġett li baqgħu mhux imwieġba.

L-estenzjoni tal-Powerstation f’Delimara

Il-Gvernm’għandu xejn x’jaħbi dwar l-estensjoni tal-Powerstation ta’ Delimara. Fil-fatt kien il-Ministru Austin Gatt stess li bagħat ittra lill-Awditur Ġenerali, fit-23 ta’ Settembru li għadda biex jitlob laqgħa dwar is-suġġett. Il-laqgħa saret fl-1 t’Ottubru.
L-istesskien ġara meta din il-kwistjoni kienet ittellgħet għall-iskrutinju quddiem il-Kumitat tal-Kamra dwar il-Kontijiet Pubbliċi immexxi mid-Deputat Laburista Charles Mangion. Dakinhar l-Oppożizzjoni Laburista bħal dejjem serviet biss ta’ messaġġier ta’ min ma rebaħx it-tender u ma resqet l-ebda provi konkreti u ma poġġiet ebda domanda li ma kellhiex tweġiba għal kollox sodisfaċenti.
Metakien f’Raħal Ġdid il-Mexxej Laburista Joseph Muscat, reġa’ ħa żball fiċ-ċifri, għax l-impjant se jiġi jiswa €165 miljun u mhux €200 miljun kif isemmi hu.
JosephMuscat għażel li jkompli jbeżża’ lill-poplu bil-ħrafa tat-trab u mkien ma qal li din l-estensjoni tal-Powerstation ta’ Delimara se tieħu post dik tal-Marsa li hi antika u ma tissodisfax l-istandards ambjentali.

Rapport dwar il-Fairmount

Il-MexxejLaburista għadu ma jistax jaċċetta r-riżultat ta’ l-inkjesta indipendenti li saret dwar dawn iż-żewġ kuntratti – inkjesta li saret mill-kumpanija internazzjonali ta’ l-awdituri PricewaterhouseCoopers.
Joseph Muscat u anke l-GWU,li għal darb’oħra, qed jirrepetu l-istess storja ma jridux jaċċettaw dak li ma jaqbilx għal widnejhom, jiġifieri li l-marda ewlenija tat-tarzna ma waslitx ma’ dawn iż-żewġ kuntratti imma ma’ snin twal ta’ militanza u l-attiviżmu politiku fit-Tarzna li swew miljuni t'ewro f'taxxi moħlija f'sussidji biex ipattu għat-telf.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow