Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investment

pr1794
Date Icon 18/10/2009

Diskors li jipperikola l-impjiegi tal-haddiema

Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment jinnotal-irresponsabbilita’ tad-diskors tal-Kap tal-Oppozizzjoni li ghamel dal-ghodu fuq suggett sensittiv tal-investiment dirett barrani u l-impjiegi f’mument ta’ krizi internazzjonali.
Hu zball li fi zmien ta’ krizi ekonomika u finanzjarjainternazzjonali, il-Kap tal-Oppozizzjoni iqis l-impjiegi tal-haddiema, fosthom tal-ST, bhala suggett ta’ diskussjoni partiggjana f’kazin politiku.  Fi zmien ta’ krizi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, il-Gvern kien jistenna - aktar minn qatt qabel - li l-Kap tal-Oppozizzjoni jimxi b’responsabbilita’.
Minhabba l-gheluq ta’ kumpaniji u telf ta’ impjiegi madwarid-dinja kollha, kull pajjiz ikun qieghed isegwi x’qed jigri u x’qed jinghadd dwar l-industrija f’pajjizi ohra.  Diskors bhal dak li ghamel il-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu jfixkel l-interess nazzjonali u jfixkel l-interess tal-haddiema.
Il-Gvern matul din is-sena hadem fis-skiet u b’ghaqal biexjipprotegi l-postijiet tax-xoghol.  Saret diskussjoni ma’ kumpaniji u gew salvati 2,500 impieg.  L-ghajnuna ma kinitx f’forma ta’ sussidju biex taghti nifs ghal zmien temporanju, imma ghajnuna li thares fit-tul.  Il-Gvern lahaq ftehim biex filwaqt li kumpaniji li kienu ghaddejjin minn diffikultajiet jinghataw ghajnuna, min-naha taghhom izommu l-haddiema u jinvestu aktar f’pajjizna.  Dan hu u jibqa’ l-impenn tal-Gvern.
Il-Gvern qieghed juza t-taxxi li jingabru b’mod serju ubl-ahjar mod biex jara t-tkattir tal-investiment f’pajjizna li jgib aktar xoghol.
Il-Gvern jistieden lill-oppozizzjoni biex tinghaqad mieghuf’din il-politika u biex jitharsu l-impjiegi f’pajjizna.  Kif diga ghamel f’oqsma ohra, il-Gvern hu dispost li jaghmel prezentazzjoni u diskussjoni mal-oppozizzjoni dwar l-inizjattivi li ttiehdu biex jitharsu l-impjiegi.
Fl-istess waqt jappella lill-Kap tal-Oppozizzjoni ghalprudenza ghaliex diskors bhal dak ta’ dal-ghodu jipperikola l-impjiegi tal-haddiema.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow