STQARRIJA TAL-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investment
pr1794
18/10/2009
Diskors li jipperikola l-impjiegi tal-haddiema
| Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment jinnota | l-irresponsabbilita’ tad-diskors tal-Kap tal-Oppozizzjoni li ghamel dal-ghodu fuq suggett sensittiv tal-investiment dirett barrani u l-impjiegi f’mument ta’ krizi internazzjonali. |
| Hu zball li fi zmien ta’ krizi ekonomika u finanzjarja | internazzjonali, il-Kap tal-Oppozizzjoni iqis l-impjiegi tal-haddiema, fosthom tal-ST, bhala suggett ta’ diskussjoni partiggjana f’kazin politiku. Fi zmien ta’ krizi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, il-Gvern kien jistenna - aktar minn qatt qabel - li l-Kap tal-Oppozizzjoni jimxi b’responsabbilita’. |
| Minhabba l-gheluq ta’ kumpaniji u telf ta’ impjiegi madwar | id-dinja kollha, kull pajjiz ikun qieghed isegwi x’qed jigri u x’qed jinghadd dwar l-industrija f’pajjizi ohra. Diskors bhal dak li ghamel il-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu jfixkel l-interess nazzjonali u jfixkel l-interess tal-haddiema. |
| Il-Gvern matul din is-sena hadem fis-skiet u b’ghaqal biex | jipprotegi l-postijiet tax-xoghol. Saret diskussjoni ma’ kumpaniji u gew salvati 2,500 impieg. L-ghajnuna ma kinitx f’forma ta’ sussidju biex taghti nifs ghal zmien temporanju, imma ghajnuna li thares fit-tul. Il-Gvern lahaq ftehim biex filwaqt li kumpaniji li kienu ghaddejjin minn diffikultajiet jinghataw ghajnuna, min-naha taghhom izommu l-haddiema u jinvestu aktar f’pajjizna. Dan hu u jibqa’ l-impenn tal-Gvern. |
| Il-Gvern qieghed juza t-taxxi li jingabru b’mod serju u | bl-ahjar mod biex jara t-tkattir tal-investiment f’pajjizna li jgib aktar xoghol. |
| Il-Gvern jistieden lill-oppozizzjoni biex tinghaqad mieghu | f’din il-politika u biex jitharsu l-impjiegi f’pajjizna. Kif diga ghamel f’oqsma ohra, il-Gvern hu dispost li jaghmel prezentazzjoni u diskussjoni mal-oppozizzjoni dwar l-inizjattivi li ttiehdu biex jitharsu l-impjiegi. |
| Fl-istess waqt jappella lill-Kap tal-Oppozizzjoni ghal | prudenza ghaliex diskors bhal dak ta’ dal-ghodu jipperikola l-impjiegi tal-haddiema. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en