Left arrow Mur Lura

Żewġ containers b’għajnuna umanitarja għall-Filippini

pr1791
Date Icon 17/10/2009
Żewġ containers ta’ 40 pied bħal issa qed jiġumimlijin bi provvisti u għajnuna umanitarja oħra destinata għall-Filippini wara li dan il-pajjiż intlaqat minn għarar li mhux biss ħalla 650 persuna mejta iżda anke mijiet ta’ eluf ta’ persuni mingħajr saqaf fuq rashom.
F’diskors qasir lill-uffiċċjali tad-Dipartimenttal-Protezzjoni Ċivili u voluntiera tad-Dipartiment li qed jieħdu ħsieb it-tagħbija ta’ dawn il-containers fil-Humanitarian Aid Unit fil-Marsa, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Carm Mifsud Bonnici qal li hu jibqa meraviljat bir-rispons tal-poplu Malti kull meta isiru appelli għall-għajnuna għal popli li jistgħu ikunu fuq in-naħa l-oħra tad-dinja. Hu qal li dan juri l-ġenerożità u l-altruwiżmu tal-poplu tagħna, żewġ kwalitajiet li ilhom sinonimi mal-Maltin għal ġenerazzjonijiet twal.
Il-Ministru Mifsud Bonnici stqarr li d-diżastrili jolqtu pajjiżi oħra jitfgħu aktar importanza fuq il-bżonn li r-riżorsi tal-protezzjoni ċivili ta’ Malta ikunu dejjem ippreparati bl-aħjar mod għal li jista’ jinqala anke f’pajjiżna. Huwa rrefera wkoll għall-eżerċizzju ta’ taħriġ f’simulazzjoni ta’ terrimot fil-Ġermanja li attendew għalih 25 voluntier mit-tim S.P.I.D.E.R. tad-Dipartiment il-ġimgħa li għaddiet. Hu qal li r-riżultati eċċellenti li kiseb il-kontinġent Malti huwa xhieda ta’ kemm hu importanti li pajjiżna ikun ippreparat speċjalment fil-kwalità tan-nies li jkunu imħarrġin għal eventwalità bħal dan.
Il-Ministru temm billi irringrazzjalill-ħaddiema u voluntiera tad-Dipartiment talli ikkordinaw din il-ġabra fil-Humanitarian Aid Unit li kien twaqqaf apposta għal dan l-għan, kif ukoll lill-poplu Malti, lill-impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa u lis-settur privat għad-donazzjonijiet tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow