Żewġ containers b’għajnuna umanitarja għall-Filippini
pr1791
17/10/2009
| Żewġ containers ta’ 40 pied bħal issa qed jiġu | mimlijin bi provvisti u għajnuna umanitarja oħra destinata għall-Filippini wara li dan il-pajjiż intlaqat minn għarar li mhux biss ħalla 650 persuna mejta iżda anke mijiet ta’ eluf ta’ persuni mingħajr saqaf fuq rashom. |
| F’diskors qasir lill-uffiċċjali tad-Dipartiment | tal-Protezzjoni Ċivili u voluntiera tad-Dipartiment li qed jieħdu ħsieb it-tagħbija ta’ dawn il-containers fil-Humanitarian Aid Unit fil-Marsa, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Carm Mifsud Bonnici qal li hu jibqa meraviljat bir-rispons tal-poplu Malti kull meta isiru appelli għall-għajnuna għal popli li jistgħu ikunu fuq in-naħa l-oħra tad-dinja. Hu qal li dan juri l-ġenerożità u l-altruwiżmu tal-poplu tagħna, żewġ kwalitajiet li ilhom sinonimi mal-Maltin għal ġenerazzjonijiet twal. |
| Il-Ministru Mifsud Bonnici stqarr li d-diżastri | li jolqtu pajjiżi oħra jitfgħu aktar importanza fuq il-bżonn li r-riżorsi tal-protezzjoni ċivili ta’ Malta ikunu dejjem ippreparati bl-aħjar mod għal li jista’ jinqala anke f’pajjiżna. Huwa rrefera wkoll għall-eżerċizzju ta’ taħriġ f’simulazzjoni ta’ terrimot fil-Ġermanja li attendew għalih 25 voluntier mit-tim S.P.I.D.E.R. tad-Dipartiment il-ġimgħa li għaddiet. Hu qal li r-riżultati eċċellenti li kiseb il-kontinġent Malti huwa xhieda ta’ kemm hu importanti li pajjiżna ikun ippreparat speċjalment fil-kwalità tan-nies li jkunu imħarrġin għal eventwalità bħal dan. |
| Il-Ministru temm billi irringrazzja | lill-ħaddiema u voluntiera tad-Dipartiment talli ikkordinaw din il-ġabra fil-Humanitarian Aid Unit li kien twaqqaf apposta għal dan l-għan, kif ukoll lill-poplu Malti, lill-impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa u lis-settur privat għad-donazzjonijiet tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en