Left arrow Go Back

SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-PROGRAMM OPERATTIV I, FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

pr1786
Date Icon 16/10/2009
B’total indikattivtal-allokazzjoni finanzjarja ta’ €24 miljun
Id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjonital-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha kif nediet sejħa ġdida għal proposti ta’ proġetti biex ikunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013.
Applikanti eliġibbli huma mistiedna lijissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti relatati mas-settur tal-Enerġija, li jaqa’ taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 ‘Mitigazzjoni u Adattament għal Tibdil fil-Klima’ tal-Programm Operattiv I.  Huwa importanti li wiehed jinnota li din is-sejħa hi ristretta għal azzjonijiet li jtejbu l-kwalita’ tal-arja permezz ta’ interventi biex jonqos l-inkwinament tal-ambjent ikkawżat minn impjanti li jiġġeneraw l-elettriku.
It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarjahuwa ta’ €24 miljun ta’ spiża totali eleġibbli u li f’kwalinkwe każ ma jaqbiżx il-€25 miljun fi spiża TOTALI (jiġifieri eliġibbli u mhux eliġibbli).
Nota:Din is-sejħa mhux miftuħa għall-proposti li jindirizzaw l-Enerġija minn Sorsi li Jiġġeddu u l-Effiċjenza tal-Enerġija (sejħa li tindirizza l-Enerġija minn Sorsi li Jiġġeddu u l-Effiċjenza tal-Enerġija ser toħroġ aktar ‘il quddiem).  Is-sejħa qed tkun ristretta sabiex tilħaq dawk l-oġġettivi u l-miri taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 li s’issa kienu għadhom ma ġewx indirizzati.
Is-sejħa tagħlaq f’nofsinhar (12:00)ta’ nhar it-Tnejn, 23 ta’ Novemrbu 2009.

Il-Programm Operattiv I, il-Formola tal-Applikazzjoni, in-Noti Gwida kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt/calls_all.

Mistoqsijiet ġenerali relatati ma’ din is-sejħa jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013 għandhom jiġu indirizzati lis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow