Left arrow Go Back

GREEN DOT U L-KUNSILL LOKALI JNIEDU PROĠETT TAL-IMMANIĠĠAR TAL-ISKART FIL-GUDJA

pr1784
Date Icon 16/10/2009
Bl-introduzzjoni ta’ ħlasijiet għolja għar-rimita’ skart, numru ta’ Kunsilli Lokali qed jagħtu bidu għal inizjattivi ta’ separazzjoni tal-iskart li qegħdin ikunu pprovduti minn GreenPak, l-iskema awtorizzata mill-MEPA imħaddma minn Green Dot Malta Ltd.  Il-Kunsill Lokali tal-Gudja għadu kemm ssieħeb ma’ GreenPak biex joffri infrastruttura ta’ separazzjoni tal-iskart fi ħdan il-lokalità u diġà nġabar il-materjal biex mil-lum jintbagħat għar-riċiklaġġ.
Settijietta’ reċipjenti għall-plastik, metall, ħġieġ u karti li jinsabu fl-inħawi ċentrali fosthom fil-pjazza ewlenija tal-Gudja, ħdejn l-iskola, u fil-qasam tad-djar kienu inawgurati llum wara nofsinhar. Dawn tpoġġew fi Triq Ġużeppi Gravina, (Il-Qasam tad-Djar Tal-Mitħna), Triq Bir Miftuħ, Triq it-Torri u Triq iż-Żebbuġa.
Is-Sindkutal-Gudja, John Mary Calleja, qal: “Permezz ta’ dawn ir-reċipjenti tar-riċiklagg irridu nagħmluha faċli ħafna għar-residenti tal-Gudja biex jisseparaw l-iskart. Apparti milli npoġġu fil-prattika kuxjenza ambjentali u ntejbu l-ambjent ġenerali lokali, din is-sistema se tnaqqas l-ispejjeż tal-Kunsill Lokali tagħna għax issa inqas skart se jintbagħat fil-miżbliet u għalhekk se jonqsu l-ispejjeż. Il-flus li se niffrankaw se jiġu diretti lejn proġetti ta’ siwi għar-residenti tal-Gudja.” Il-Viċi Sindklu Romeo Baldacchino, li hu responsabbli mill-ambjent, qiegħed jikkoordina dan il-proġett.
Il-KapEżekuttiv ta’ Green Dot, l-Inġinier Mario Schembri, qal: “GreenPak tgħin lill-Kunsilli Lokali biex iwettqu ħidma ambjentali aħjar billi tagħmel disponibbli reċipjenti tar-riċiklaġġ facilment aċċessibbli fil-lokalitajiet tagħhom”.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, qal “l-indafa fil-lokalitajiet hi fuq quddiem nett fil-lista ta’ lmenti mir-residenti u għaldaqstant qed tkun indirizzata mill-Kunsilli Lokali”. Tkellem ukoll dwar l-importanza li l-Kunsilli Lokali joffru l-aqwa servizz fil-ġbir tal-iskart għalhekk għadu kemm ħareġ kuntratt ġdid b’kundizzjonijiet li jwasslu għal dan. Il-Gvern qed jikkollabora mal-Kunsilli Lokali biex dawn jaħdmu dwar separazzjoni u riċiklaġġ tal-iskart. Abbinata ma’ din hemm ukoll inizjattiva biex trebbaħ €60,000 fi premijiet għall-iktar kunsilli lokali li jsebbħu l-ambjent tal-lokalita’.
“Ħidmaflimkien fuq livell ta’ lokalità biex jinġabar l-iskart tista’ tkun strumentali fil-mixja tagħna lejn oġġettivi iktar mifruxa tal-immaniġġar sostenibbli tal-iskart billi jiddisponu l-iskart b’sistemi ambjentali aċċettabbli. Il-pass li jmiss, fuq perjodu qasir, hu li neħtieġu naħdmu fuq sistemi kif innaqqsu l-livelli tal-iskart li jinħolqu fis-supply chain ħalli b’hekk inkunu nistgħu nimmaniġġaw l-iskart prodott b’mod iktar sostenibbli,” qal il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Dr Stefan Buontempo.
It-tfaltal-iskola primarja tal-Gudja Kulleġġ San Benedittu u l-mascot ta’ GreenPak, GreenGary, ukoll ħadu sehem f’din l-inizjattiva.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow