TINFETAĦ ID-DUAL DIAGNOSIS UNIT FL-ISPTAR MONTE KARMELI B’INVESTIMENT TA’ € 141,036
pr1783
16/10/2009
| L-Onor. Mario Galea, Segretarju Parlamenari | għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, dalgħodu inawgura d-Dual Diagnosis Unit fl-Isptar Monte Karmeli wara proġett ta’ tisbieħ. |
| F’din il-Unit, li oriġinarjament kienet | infetħet fl-2004, kellha bżonn tingħata kura lill-persuni li għandhom mard kroniku ta’ saħħa mentali kif ukoll ta’ abbuż minn droga. Matul dawn is-snin madwar 140 persuna fis-sena ħadu l-kura minn din il-unit. |
| Il-Kura tingħata minn tim multi dixxiplinarju | (li jinkludi consultant psychiatrist, medical house officers, psikologu, social worker, occupational therapists, nurses) li jgħinu lill-pazjent matul dak li jista’ jkun l-agħar perijodu ta’ ħajtu. |
| F’dan il-mument huwa kruċjali li l-pazjent | jistabbilizza ħajtu u allura, fost oħrajn il-kura tinvolvi: |
| • Għajnuna lill-pazjent sabiex jimxi ma’ | time-table |
| • l-involviment tal-pazjent f’faċendi bażiċi | ta’ kuljum li jkun hemm bżonn f’dar normali |
| • għajnuna f’abbilitajiet differenti li | jinkludu wkoll ir-responsabilita’ |
| • parteċipazzjoni f’laqgħat terapewtiċi fi | grupp • kura personali. |
| L-investiment f’dan il-proġett ta’ tisbieħ | kien dak ta’ € 141,036. Dan issarraf f’ambjent isbaħ u aktar adattat kif ukoll f’żieda ta’ 2 sodod oħra biex issa id-DDU takkomoda 8 sodod |
| Żdiedet ukoll is-sigurtà bl-installazzjoni ta’ | security cameras li huma ta’ bżonn minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari tal-pazjenti. Il-pantry wkoll hija ikbar milli kienet u illum għandha aktar ambjent ta’ dar. |
| Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja | lill-ħaddiema li jaħdmu f’dan il-Unit li jagħmlu xogħol partikolari u li jirrikjedi ħafna dedikazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en