IR-RIFORMA TAT-TRASPORT PUBBLIKU – NOLIJIET: TRASPORT AĦJAR .... BIL-PREZZIJIET TAL-LUM
pr1782
16/10/2009
Il-Ministru Austin Gatt jindirizza konferenza stampa dwar ir-Riforma tat-Trasport Pubbliku: Nolijiet
Prinċipji:
| • It-trasport pubbliku jrid ikun attraenti | biż-żejjed biex jiġbed lil min imdorri bil-karozza biex talanqas f’xi vjaġġi li jagħmel iħalli l-karozza u juża l-karozza tal-linja. |
| • Iżda anke jekk jitjieb is-servizz u | l-kwalità, il-prezz irid bil-fors jibqa’ jifilħu kulħadd għax it-trasport pubbliku hu wkoll servizz soċjali li fuqu jiddependu ħafna nies. |
| • Ridna nassiguraw li min juża t-trasport | pubbliku regolarment illum; pensjonanti u studenti u ħaddiema; ikunu effetwati tajjeb bit-titjib li se nagħmlu iżda m’hux effetwati bil-prezzijiet. |
| • It-trasport pubbliku jrid ikun mutur | t’ekonomija aħjar (anqas sussidji, aktar effiċjenza fuq it-triq, anqas konġestjoni) ... iżda ħadd m’għandu jitħalla jibqa’ lura. |
| • Nifhmu li bil-livelli ta’ patrunaġġ | li għandna llum, l-aspettattivi tagħna tal-kwalità jħallu telf mill-operat. Lesti biex ninvestu (f’sussidju) għal xi żmien basta naraw viżibilità f’dak li se jkollna nonfqu. |
| • Trid tieqaf is-sistema li aktar ma jintilfu | passiġġieri aktar inħallsu sussidju. |
| • Il-patrunaġġ għandu jiżdied u jekk | jiżdied ma jibqax l-iskop għal aktar sussidju. |
| In-nolijiet li ser iħallas min juża t-trasport | pubbliku ser jibqgħu ffissati mill-Gvern. Għalhekk l-operatur ser ikun obbligat li jagħmel is-servizz bil-klijent iħallas il-prezzijiet li jiffissa l-Gvern. Dan huwa prinċipju importanti. Jidhrilna li peress li ser ikun operatur wieħed u biex inkunu żguri li s-servizz tat-trasport pubbliku jibqa’ aċċessibli għal kulħadd, għandu jkun il-Gvern li jiddetermina n-nolijiet li għandhom jitħallsu. |
| Naturalment irid jiġi assigurat illi n-nolijiet | iffissati jkunu realistiċi u li verament jirriflettu l-ispejjes involuti anke jekk l-assunzjoni trid tkun li l-patrunaġġ tas-servizz tat-trasport pubbliku jikber u jikber imqar kif kien f’Malta stess ftit tas-snin ilu. |
| Il-Kuntratt li ser ikollna mal-operatur | jiffissa n-nolijiet u jagħti lok lill-operatur li, wara mill-anqas tliet snin, jitlob lill-Awtorità biex tirrevedi n-nolijiet abbażi tal-inflazzjoni u spejjeż assoċjati mal-fuel. Irrid ngħid li dawn huma nolijiet massimi. L-operatur jista’ jraħħas minn dawn in-nolijiet jekk irid. Li ser ikunu ffissati mill-ewwel huma l-prezzijiet imraħħsa lill-anzjani u studenti kif ukoll lil dawk kollha li jixtru pakketti ta’ biljetti għal xahar jew għal tliet xhur. Minn barra dawn, l-operatur ser ikun inkoraġġit jagħmel pakketti u skemi oħrajn kemm irid basta mhux ogħla minn dawk fissati fil-liġi. |
| L-attitudni tal-Gvern lejn in-nolijiet hija | motivata mill-bżonn li jkollna sistema li |
| a) tkun aċċessibli finanzjarjament għal | kulħadd, biex aktar u aktar nies jitħajru juzawha, b) tkun sostenibbli c) tkun tal-anqas piż fuq il-fondi pubbliċi fir-rigward ta’ sussidji. In-nolijiet ifissati u l-mod kif ser jiġi aġġudikat u mħaddem it-tender iżomm dawn il-prinċipji quddiemu. |
| Matul dawn l-aħħar 10 snin pajjiżna ħallas | madwar € 45 miljun f’sussidji diretti lis-sistema tat-trasport pubbliku. Kif nafu, is-sistema sa issa hija waħda ta’ ‘dħul garantit’ fejn is-sidien tal-karozzi tal-linja jirċievu sussidju mill-Gvern, liema sussidju ma’ kellu l-ebda relazzjoni ma’ kemm jiżdied jew jonqos il-patrunaġġ, u l-ebda inċentiv biex is-servizz jitjieb. Il-kuntratt il-ġdid, li ser jingħata wara t-tender, ser jibdel radikalment dan il-mudell; l-operatur ser jintalab jgħid kemm irid sussidju biex jaħdem ir-rotot kollha u s-servizz rikjest b’impenn (li allura jkun irid iżomm miegħu għax ikun kuntrattat) li s-sussidju jonqos fuq medda ta’ żmien biex jispiċċa darb’għal dejjem. Naturalment dak il-bidder li fl-offerta tiegħu jintrabat li jitlob l-anqas sussidju u jneħħi totalment is-sussidju fl-anqas żmien possibli, jieħu aktar marki. Irrid ngiħd illi dan l-aspett ser ikun mogħti importanza kbira bħala ‘weighting’ fl-aġġudikar tat-tender. Xi jfisser dan, illi s-sussidju lis-sistema tat-trasport pubbliku, li fl-2008 kien aktar, b’madwar EUR7 miljun, eventwalment jispiċċa. |
| Fl-istess tender, il-Gvern qed jistenna mhux | biss li s-sussidju jispiċċa, imma li l-operatur jikkomenti li jħallas lura lill-Gvern parti mill-profitt, meta dan jagħmel il-profitt għax ikun żdied biżżejjed il-partunaġġ tas-servizz. Dawn il-fondi, il-Gvern ikun jista’ jużahom biex ikompli jtejjeb is-servizz, speċjalment dak infrastrutturali. Għall-ewwel darba, mhux biss ser ikollna kuntratt li jgħabbi lill-operatur b’obbligi ta’ servizz u tnaqqis fis-sussidju, pero’ kuntratt fejn l-oġġettiv tal-Gvern li jnaqqas il-konġestjoni billi n-nies jibdew jużaw is-servizz, u l-oġġettiv tal-operatur li jżid il-partunaġġ tiegħu huma mżewwġa f’arranġament li jagħmel sens kummerċjali u anke soċjali. |
| Is-sistema mhux biss trid tgħabbi mill-anqas | lill-fondi pubbliċi, imma trid tgħabbi mill-anqas ukoll lill-utent tas-servizz. Hemm bilanċ bejn is-sussidji u n-nolijiet li jħallas minn juża s-servizz. Naħseb li b’dak li ser jiġi spjegat qed nilħqu dan il-bilanċ b’mod responsabbli: |
| Fuq minn juża s-servizz ta’ spiss, fuq l-anzjani | u studenti, il-prezzijiet jew ser jibqgħu l-istess, jew ser jaraw żieda insinifikanti jew roħs żgħir. |
| Konvinti li ser ikollna servizz li jkun | radikalment differenti minn dak li għandna llum, u naħseb li l-prezzijiet huma raġonevoli kemm jekk wieħed iqabbilhom ma’ dak li jħallas illum għat-trasport pubbliku, kif ukoll meta wieħed iqis l-ispiża li llum ma nagħtux kasha (għax lanqas biss nikkonsidraw l-alternattiva tat-trasport pubbliku) tal-karozza privata li nsuqu llum. Minn kalkoli li għamlet il-MIMCOL din il-ġimgħa joħroġ ċar li karozza privata (żgħira, ta’ 1300 CC u li tiswa anqas minn € 13,000) tiswa kuljum aktar minn € 8.60 meta nassumu li wieħed jivjaġġa biha minn Birkirkara għall-Belt. |
| L-impatt li dawn in-nolijiet ser ikollhom fuq | utent li jixtri pakkett ta’ xahar jew ta’ tliet xhur (għax juża s-servizz biex imur ix-xogħol pereżempju) ser ikun ta’ żieda ta’ 4 Euro Cents kuljum fil-pakkett ta’ xahar u jiffranka xi 60 Euro cents fix-xahar jekk jieħu pakkett ta’ tliet xhur. L-istess l-impatt fuq il-pensjonanti: qed naraw żieda ta’ 7 Euro cents kuljum pero’ frankar ta’ 2 Euro cents kuljum jekk il-biljett jinxtara qabel it-8 ta’ filgħodu. Fil-każ tal-istudenti mhux ser ikun hemm impatt u l-uniku impatt huwa fuq minn juża s-servizz mhux b’mod frekwenti. F’dan il-każ, l-utent jara żieda ta’ 34 Euro cents. Anke f’dan il-każ l-utent jaqbillu jieħu biljett ta’ ġurnata (€ 2.10) u jekk juza aktar minn darbtejn, ikun fdieh u ġie jaqbillu. Fil-każ pereżempju ta’ ħaddiema Għawdxin li jaqbdu l-vapur kuljum u jridu jitilgħu mix-xatt għar-Rabat, anke dawn jaraw tnaqqis fl-ispiża meta jieħdu biljett ta’ xahar jew ta’ tliet xhur. |
| Jidhirli li l-miżuri li qed inħabbru, u li | huma parti importanti mit-tender li ser jinħareġ lil dawk li kkwalifikaw fl-aħħar tal-ġimgħa, jassiguraw valur għal flus l-utent, sistema sostenibbli fit-tul u fl-istess ħin mhux dipendenti mis-sussidji, li allura nistgħu ninvestuhom f’inizjattivi oħrajn. |
| Naħseb li b’dawn in-nolijiet, u b’kuntratt li | jobbliga lill-operatur ikabbar il-patrunaġġ tiegħu, inkunu verament qed nindirrizzaw problema li ilha magħna ħafna snin, problema ta’ kuntratt li kien jinjora l-klijent u jissusidja l-operat anke meta s-servizz ma kienx tajjeb. B’dan li ħabbarna, irridu naraw il-pubbliku Malti u Għawdxi jikkonvinċi ruħu li s-servizz tat-trasport pubbliku mhux biss huwa effiċjenti imma finanzjarjament aċċessibbli għal kulħadd. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en