PROĠETT EWROPEW GĦAT-TWAQQIF TA’ INKUBATUR GĦAL INTRAPRIŻI KULTURALI
pr1781
16/10/2009
| Parteċipanti minn 4 pajjiżi Ewropej bħalissa | jinsabu Malta biex jipparteċipaw fi proġett kulturali tal-Unjoni Ewropea li qed joffri opportunitajiet ġodda ta’ għajnuna lill-operaturi kulturali f’Malta. Il-proġett “Incubators for Cultural Enterprises (ICE)” hu bi sħab bejn il-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Greċja, flimkien ma’ Malta. Dawn il-pajjżi għandhom il-problemi simili ta’ nuqqas ta’ valorizzazzjoni ekonomika tar-riżorsi kulturali, ta’ kompetenzi fl-immaniġġjar u strateġiji fil-qasam kulturali. |
| Chris Said, Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, stqarr li ċerti karatterstiċi simili fit-territorji involuti qed jippermettu koperazzjoni transnazzjonali u ħidma parallela b’sinerġija bejniethom, sabiex jinħoloq mudell li jkun jista’ jiġi kkupjat f’territorji Ewropej oħra. Stqarr ukoll li l-proġett hu sinjifikanti għax ħa jkun qed isaħħaħ l-identità tal-lokalitajiet permezz tal-prodott artistiku u kulturali. “Il-proġett irid iservi ta’ strument li jagħti valur għar-rapport bejn il-kultura, l-intrapriża u t-territorju, sabiex ikabbar l-għarfien u l-ġid.” |
| Il-proġett jinkoraġġixxi kollaborazzjoni fit-tul | bejn intrapriżi li joperaw fil-qasam tal-arti fir-reġjuni konċernati, biex inaqqas id-distakk teknoloġiku f’dawn iż-żoni. B’mod partikolari, il-proġett jikkonsisti fil-ħolqien ta’ inkubaturi speċifiċi għal intrapriżi kulturali. Id-definizzjoni ta’ “prodott kulturali” ukoll se tiġi ttrattata permezz ta’ dan il-proġett. |
| F’Malta, il-Fondazzjoni Temi Zammit qed | taħdem mal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta u Bormla, fejn se tinħoloq l-infrastruttura għall-assistenza ta’ l-intrapriżi kulturali li jiġu identifikati. Ta’ min igħid li l-istatistika miġbura mill-Eurostat f’dawn l-aħħar snin turi li l-kultura f’Malta tagħti l-inqas kontribut għall-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż, minn fost il-membri kollha tal-UE. |
| Il-proġett għandu l-għan li jsaħħaħ l-intrapriżi | ż-żgħar li jaħdmu fil-qasam artistiku u kulturali, billi jtejjeb il-kompetittività tagħhom biex joħolqu iktar ġid soċjali u ekonomiku fit-territorji magħżula. Il-proġett irid jiżviluppa attivitajiet ta’ importanza tradizzjonali fl-Ewropa, li mhumiex normalment meqjusa bħala ‘ġeneraturi tal-iżvilupp’. ICE jara għalhekk l-arti u l-kultura f’termini ta’ katalizzaturi ta’ tkabbir ekonomiku – setturi li joħolqu qligħ u impiegi ekoloġikament sostenibbli. |
| Dan il-proġett hu approvat taħt il-programm | MED, li 85% tiegħu hu finanzjati mill-ERDF, li jagħmel parti mill-programm ta’ fondi strutturali għal Malta għas-snin 2007-2013. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en